Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Anton Tabone jiltaqa mal-Kunsill Lokali ta' Ghajnsielem

PR1450
Date Icon 20/09/1996
Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone qal li l-Gvern prezenti, fit-twettiqtal-principji tad-demokratizzazzjoni, sussidjarjeta' u decentralizzazzjoni li jhaddan, waqqaf il-Kunsilli Lokali biex jiehdu hsieb mill-qrib il-karatteristici tipici ta' kull belt u rahal f'Malta u Ghawdex u biex certi decizjonijiet jittiehdu fil-livell l-aktar qrib ta' dawk li jkunu se jigu effettwati minnhom, fuq livell lokali. Il-Ministru Tabone qal dan f'laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta' Ghajnsielem fil-kwartieri ta' l-istess kunsill.
Il-Ministru Tabone zied ighid li l-holqien ta' awtoritajiet lokalif'Ghawdex pogga lill-gzira fis-sitwazzjoni ta' amministrazzjoni moderna fejn hemm il-livell lokali permezz tal-kunsilli u il-livell regjonali u nazzjonali permezz tal-Ministeru. Il-Ministru Tabone qal li l-Ghawdxin illum ghandhom rwol ta' livell gholi u effettiv fl-amministrazzjoni tal-affarijiet tal-gzira taghhom.
Il-Ministru fahhar l-impenn, id-dedikazzjoni u l-motivazzjonital-Kunsilli Lokali li qed iharsu mill-qrib hafna l-interess tal-lokalita' taghhom. Huwa qal li l-hidma tal-Kunsilli issa qed taghti l-frott taghha. B'din il-hidma tal-Kunsilli flimkien ma' dik tal-Ministeru, illum l-Ghawdxin qed igawdu livell ta' zvilupp socjali u ekonomiku li qatt ma kellhom qabel.
Is-Sur Frans Cauchi, is-Sindku ta' Ghajnsielem, f'ismu u f'isemil-Kunsill esprima l-apprezzament tieghu ta'l-ghajnuna u l-koperazzjoni li l-Ministru dejjem jaghti lill-Kunsilli. Huwa qal li f'Ghajnsielem sar hafna xoghol u huwa konvint li l-Ministeru se jkompli jwettaq il-programm tax-xoghlijiet tieghu f'Ghajnsielem.
Il-Ministru Tabone accerta lill-Kunsill li l-programm ta'xoghlijiet qed jissokkta f'lokalitajiet diversi skond il-prijoritajiet tal-gzira. F'dawn il-jiem stess ghandhom jibdew ix-xoghlijiet fuq numru ta' toroq f'Ghajnsielem stess.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow