Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani dwar xoghlijiet ta' Manutenzjoni fl-iskejjel tal-Gvern matul is-sajf
PR1448
20/09/1996
| Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jirreferi | ghall-istqarrija li nharget il-bierah mill-kelliem ewlieni ta' l-Edukazzjoni tal-MLP, l-Onor. Evarist Bartolo u li fiha saret l-allegazzjoni li matul ix-xhur tas-sajf ma sarux xoghlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel tal-Gvern. |
| Kuntrarjament ghal dak li ntqal f'din l-istqarrija, matul dawn ix-xhur, | saru xoghlijiet ta' manutenzjoni u titjib f'izjed minn tletin skola tal-Gvern, kemm permezz ta' kuntratturi privati kif ukoll permezz tan-nies tat-taqsima tal-Manutenzjoni tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. |
| Biex isostni l-allegazzjoni bla bazi tieghu, l-Onor. Bartolo | irrepeta l-gidba li skond il-budget ta' din is-sena, il-Gvern se jkun nefaq iktar fil-manutenzjoni u l-irrangar tal-Ufficcju tal-Prim Ministru u tal-Ministri, milli ta' l-iskejjel tal-Gvern. Kif diga' intqal kemm il darba, dan il-kalkolu jinjora s-salarji tan-nies impjegati tat-Taqsima tal-Manutenzjoni ta' l-iskejjel u l-voti tal-materjal uzat minnhom. L-Onor. Bartolo ikkontradixxa lilhu nnifsu meta fil-kalkoli tal-valur tax-xoghol tal-manutenzjoni fl-iskejjel, huwa injora l-haddiema u x-xoghol ta' din it-taqsima li fl-istess stqarrija allega li din it-taqsima mhix organizzata b'mod efficjenti. |
| Fost l-iskejjel li fihom saru xoghlijiet ta' manutenzjoni u titjib | matul ix-xhur tas-sajf kien hemm: |
| L-iskejjel primarji ta' Pemborke, San Pawl il-Bahar, Mtarfa, | Il-Belt, Qormi San Gorg, Qrendi, Santa Venera, Marsa, Zejtun, Fgura, Zabbar, Bormla, Vittoriosa, Hamrun (School Street), u kindergarten Paola - Lourdes. |
| L-iskejjel sekondarji Sir Luigi Preziosi (St. Andrews), Sta. Venera | Boys, Tal-Handaq Junior Lyceum, Adelaide Cini (Hamrun), Maria Regina (Blata l-Bajda), Erin Serracino Inglott (Bormla), Verdala Junior Lyceum u Carlo Diacono (Zejtun). |
| L-Iskejjel tas-Snajja: Mosta Crafts Centre (Targa Gap), Umberto | Calosso Trade School, Marsa Trade School u Bighi Trade School. |
| Apparti dan ix-xoghol qed isir xoghol ta' stallazzjoni ta' | laboratorji godda fl-iskejjel sekondarji tas-subien tal-Gzira u tal-Marsa, liema xoghol jinsab fi stadju avvanzat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901