Stqarrija mill-Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd l-Onor. Censu Galea dwar il-qasam tal-Housing
PR1442
19/09/1996
| Iktar ma' l-mexxejja tal-Partit Laburista jitkellmu dwar il-qasam | tal-housing iktar jikkonfermaw kemm il-Partit Nazzjonalista hu korrett fil-hidma tieghu f'dan il-qasam. Il-kliem ta' dawn il-mexxejja jikkonferma wkoll kemm kienet zbaljata l-policy Laburista fis-snin tmenin meta minflok sar investiment serju fuq programm ta' bini, saret enfasi fuq mizuri ohra li permezz taghhom tant inhliet art. |
| Hi hasra wkoll li llum il-programm Socjalista f'dan il-qasam hu | bbazat mill-gdid fuq it-tqassim tal-plots meta l-istess partit jaf li din il-policy ma tistax titwettaq. Madankollu jekk il-partit Socjalista jahseb li b'dawn il-weghdi fierha qed jidhaq bil-poplu sejjer zball. |
| Matul is-snin li ghaddew il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern wettaq | pjan integrat biex isolvi d-diffikultajiet differenti li jinqalghu minn zmien ghall-iehor f'dan il-qasam. Minflok jghid li ma fadalx problemi bhalma qal il-Partit Socjalista fl-1987, il-Partit Nazzjonalista hadem fid-direzzjoni li jaffronta l-problemi b'diversi modi. |
| Kien ghalhekk li matul dawn is-snin il-Partit Nazzjonalista hadem | biex bena appartamenti godda. |
| Kien ghalhekk li l-Partit Nazzjonalista hadem fuq il-Pjan ta' | twaqqiegh ta' slums f'diversi areas, li sa ftit ilu lanqas biss kienu jissemmew ghal dan l-iskop; bhalma huma l-Kottonera u Hal-Tarxien. |
| Kien ghalhekk li nghatat ghajnuna lil kwazi elf u hames mitt | familja biex dawn ikunu jistghu jirrangaw id-dar taghhom. |
| Kien ghalhekk li eluf ohra nghataw il-beneficcju ta' self sussidjat | biex ikunu jistghu jixtru d-dar taghhom. |
| Kien ghalhekk ukoll li l-Gvern haddem pjan ta' ghajnuna lil persuni | b'dizabilita biex dawn ikunu jistghu jintegraw ruhhom iktar fis-socjeta'. |
| Il-hidma mwettqa minn dan il-Gvern fil-qasam tal-housing hi wahda | li turi l-impenn kontinwu tal-Gvern. Il-hidma tal-passat, flimkien mal-hidma mfassla ghall-futur, fejn diga hemm mfassla l-bini ta' iktar minn elf post ghas-sentejn li gejjin turi kemm il-Gvern jiehu bis-serjeta dan il-qasam. |
| Minbarra hekk il-Partit Nazzjonalista f'dan il-qasam ukoll hadem u | ser ikompli jahdem b'gustizzja l-hin kollu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891