Left arrow Mur Lura

Hatriet Godda fil-Korp tal-Pulizija

PR1432
Date Icon 18/09/1996
Il-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, illum qassam il-hatrietlil hmistax-il ufficjal gholi tal-Pulizija. B'hekk il-vakanzi kollha fil-gradi gholja tal-Korp issa kwazi gew mimlija. Dan flimkien mal-fatt li l-Korp issa resaq lejn il-full complement u gie attrezzat ahjar b'xiri ta' taghmir gdid u modern lid-diversi divizjonijiet jaghti dik is-sahha u kompetenza lill-Pulizija fil-glieda taghha kontra l-kriminalita` u fiz-zamma ta' l-ordni u l-paci fil-pajjiz.
Bhala Deputat Kummissarju tal-Pulizija gie mahtur is-Sur JosephCachia.
Is-Sur Cachia li ghandu 42 sena dahal fil-Korp fl-1974 u komplajilhaq fil-gradi kollha tal-Korp sakemm lahaq Supretendent fl-1985. Ghal dan l-ahhar snin hu kien inkarigat mid-Dipartiment ta' l-Investigazzjoni Kriminali fejn mexxa b'success diversi kazi importanti.
Bhala Assistenti Kummissarji gew mahtura s-Sur Andrew Seychell, s-SurLawrence Cauchi u s-Sur Joseph Brincat.
Is-Sur Andrew Seychell ghandu 42 sena. Hu dahal fil-Korp fl-1976 ulahaq Supretendent fl-1988. Ghal dan l-ahhar snin hu kien inkarigat mid-Divizjonijiet tas-Sigurta`, inkluz dik ta' l-Immigrazzjoni u ta' l-Interpol.
Is-Sur Lawrence Cauchi ghandu 42 sena. Hu dahal fil-Korp fl-1976 ulahaq Supretendent fl-1988. Ghal dan l-ahhar snin kien inkarigat mid-Distrett Numru 3 tal-Pulizija.
Is-Sur Joseph Brincat ghandu 45 sena u dahal fil-Korp fl-1976. Hulahaq Supretendent fl-1988. Dan l-ahhar zmien hu mexxa id-Distrett Numru 6 tal-Pulizija.
Kemm is-Sur Cauchi u s-Sur Brincat ghamlu xi zmien Agenti Diretturital-Habs.

Bhala Supretendenti godda gew mahtura dawn l-ex Spetturi:-

John M Abela - Bartholomew Mula - John Mifsud - Raymond Zammit

Michael Cassar - Carmel Farrugia - Paul Debattista - Emanuel Cassar

John Rizzo - Godfrey Scicluna - Paul Sammut

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow