Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-fiducja ekonomika f'pajjizna
PR1429
18/09/1996
| "Jidher li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant, jinsab | lura fil-pajjiz ghaliex ergajna bdejna nisimghu l-fesseriji dwar l-ekonomija li konna mdorrijin bihom meta kien ghadu maghna." Dan jghidu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Professur Josef Bonnici b'rejazzjoni ghal dak li qal lill-media l-bierah il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, meta ghal darb'ohra wieghed li se jnehhi l-VAT, ghaliex skond Dr. Sant pajjizna ghandu bzonn politika li terga taghtih fiducja ekonomika. |
| "Il-fiducja ekonomika issarrfet minn dan il-Gvern, f'success | wara l-iehor," jghid il-Ministru Bonnici. Meta wiehed ihares lejn l-istatistika li giet publikata llum mill-Ufficcju ghall-Istatistika, jinduna jekk pajjizna ghandux politika ekonomika li mhux biss tnissel il-fiducja izda tkompli tkattara. |
| Il-Ministru Bonnici jghid li minn din l-istatistika johrog li fl-ewwel | seba' xhur ta' din is-sena gew krejati 1,063 impieg full-time u 2,310 part-time fis-settur privat. "Jekk din m'hiex fiducja ekonomika, allura liema hi l-fiducja li qed jitkellem dwarha l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, forsi it-250 impieg fis-settur privat li gew krejati f'sittax il-sena ta' Gvern Laburista?" jistaqsi l-Ministru Bonnici. |
| Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici kompla juri l-iskantament | tieghu ghall-kliem ta' Dr. Sant, meta dan qal li minhabba l-VAT u t-tnaqqis mit-turisti, "hareg car li d-dipressjoni ekonomika li kien hawn f'pajjizna fl-ahhar xhur qed tafferma ruhha." Mill-istatistika li giet ippublikata llum, jidher ukoll li parti miz-zieda fl-impiegi fis-settur privat, fl-ewwel disa' xhur tas-sena, hija dik ta' 245, li huma impiegi f'Hotels u Catering establishments. "Dan jaghti prova ghal darb'ohra, kemm Alfred Sant huwa tejoretikament u politikalment zbaljat," jghid il-Ministru Josef Bonnici, "Jista jkun li jew Dr. Sant rega' m'ghamilx homework tajjeb qabel ma tkellem jew fl-ghatx ghall-poter li jinsab fih qed jaghmel kalkoli ekonomici hziena, haga li hadd ma jistennija minn persuna li kien jikteb anonimament fuq l-Intelligence Unit tal-gurnal awtorevoli The Economist. |
| Mhux biss li l-fiducja ekonomika kompliet tikber, u dan jixhdu t-tkabbir | fil-Prodott Gross Domestiku ta' kull sena mill-1987 sal-lum, izda wkoll ir-rata tal-qaghad ta' pajjizna li hi 3.6%, l-inqas wahda fl-Ewropa." |
| Il-Ministru Josef Bonnici spicca jghid li, "Dr. Sant ma jafx | jew ma jiftakarx xi tfisser meta tghid dipressjoni. Id-dipressjoni hi fenomenu li jimmanifesta ruhu meta jkun hemm inkwiet kbir u krizi li l-persuna jew n-nazzjon ma tkunx tista tlahhaq maghhom. Pajjizna ilu li hareg minn din is-sitwazzjoni disa' snin." |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901