Il-Pubblikazzjoni: Begining Maltese, imnedija fl-Awstralja
PR1400
12/09/1996
| Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, Michael | Frendo, fl-ahhar jiem taz-zjara tieghu fost il-komunita' Maltija f'Melbourne, nieda ufficjalment il-pubblikazzjoni "Beginning Maltese" fl-Awstralja. |
| Din il-pubblikazzjoni li tikkonsisti fi ktieb u zewg audio | casettes kienet zviluppata mill-Universita' ta' Malta u miktuba minn Lydia Sciriha. |
| Il-Korporazzjoni Telemalta xtrat numru ta' kopji ta' din | il-pubblikazzjoni li thallew fil-konsulati Maltin f'Melbourne u Sydney biex ikunu jistghu jintuzaw minn dawk li jixtiequ jitghallmu l-Malti. |
| Is-Sur Anthony Debono, Chief Executive tat-Telemalta li kien | qed jakkompanja lill-Ministru Frendo f'din iz-zjara kien prezenti ghat-tnedija ta' din il-pubblikazzjoni li saret bhala parti mill-Festival Kulturali organizzat mill-Kommunita' Maltija ta' Melbourne. |
| Is-Sur Debono ghamel presentazzjoni lill-librerija tac-Centru Malti | u ta wkoll pittura tal-watercolours li turi l-Earth Station li t-Telemalta ghandha fil-Maghtab li bih isir it-traffiku telefoniku bejn Malta u l-Awstralja. |
| Fl-ahhar jum taz-zjara tieghu f'Canberra il-Ministru Frendo ltaqa' | u kellu tahditiet mal-Ministru ghat-Trasport, John Sharp, mal-Ministru ghall-Affarijiet Barranin u l-Kummerc, Alexander Downer u mal-Ministru ghall-Kommunikazzjoni u l-Arti, Richard Alston. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901