Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani dwar ir-rizultat ta' l-'O' Level ta' l-Ingliz

PR1399
Date Icon 12/09/1996
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jirreferighall-istqarrija ghall-istampa u x-xandir li hareg il-bierah l-Onor. Evarist Bartolo kelliem ewlieni ta' l-MLP ghall-Edukazzjoni u li fiha allega li l-awtoritajiet edukattivi qed jaccettaw standards baxxi fir-rizultati miksuba mill-istudenti Maltin fl-'O' level ta' l-Ingliz.
Irid jinghad illi d-Dipartiment ta' l-Ezamijiet u d-Divizjoni ta'l-Edukazzjoni huma zewg entitajiet separati, haga li zgur l-Onor. Bartolo jafha. Madankollu huwa interpreta kumment ta' ufficjal tad-Dipartiment ta' l-Ezamijiet dwar statistika li turi kemm ghaddew kandidati, bhala esspresjoni ta' sodisfazzjon ghar-rizultati miksuba minn naha ta' l-awtoritajiet edukattivi.
Ir-rapport li deher fil-gazzetta 'The Times' tal-11 ta' Settembrujirreferi ghall-kummenti li ta fuq it-telefon ufficjal tad-Dipartiment ta' l-Ezamijiet dwar ir-rizultati ta' l-ezamijiet ta' l-Ingliz 'O' level. Dan l-ufficjal kien qieghed jikkumenta biss dwar ir-rizultati li nkisbu f'Gunju 1996 fl-ezami ta' 'O' level ta' l-Universita ta' Londra. Il-kumment tieghu kien iffisser biss illi l-persentagg ta' dawk li ghaddew ma kienx hazin meta paragunat mar-rizultati ta' l-istess ezami fis-snin l-imghoddija u zgur ma jistax ikun interpretat bhala xi esspressjoni ta' sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet edukattivi.
Fl-ahhar sitt snin, il-persentagg ta' dawk li ghaddew minn dan l-ezamigeneralment baqa' jizdied tant li kienet 28.2% fl-1991 u 38.6% fl-1996. Dawn il-persentaggi kienu miksuba fi grades A, B u C biss. Kandidati li jiksbu gradi inqas huma kkunsidrati li m'ghaddewx minkejja li gradi D u E jitqiesu bhala certifikat li jkun ntlahaq certu livell, tant li grade D hu ekwivalenti ghal bejn 50 u 59 marka. Dawn ir-rizultati jipparagunaw tajjeb ma' rizultati miksuba fl-Ingliz minn studenti Inglizi fl-Ingilterra.
Ta' min jghid ukoll illi l-Bord ta' l-Ezaminaturi ta' l-Universita'ta' Londra jiddeciedu minn qabel il-persentagg tal-kandidati li ghandhom jghaddu ghax hija politika ta' dak il-Bord li zzomm baxxi l-persentaggi ta' dawk li jghaddu u l-livell jiccaqlaq minn sena ghall-ohra skond kif ikunu marru l-kandidati ta' dik is-sena partikolari.
Din mhix il-politika tal-Bord tal-MATSEC illi tikkonsidra l-ezamijiettaghha bhala ezamijiet kwalifikattivi u kull min jilhaq livell stabbilit jinghata l-grad li juri li ghadda u dan b'mod irrelevanti minn kif imorru l-kandidati li jersqu ghall-ezami.
Ir-rizultat fl-Ingliz tas-SEC organizzat mill-MATSEC juri lif'Mejju 1996 36.2% tal-kandidati ghaddew, igifieri gabu minn grades 1 sa 5 filwaqt li f'Mejju 1996 dan il-persentagg tela' ghal 44%.
L-istqarrija ta' l-Onor. Bartolo li tpingi l-awtoritajietedukattivi bhala li jkunu sodisfatti meta jehlu zewg terzi tal-kandidati f'ezami hija daqqa ta' harta ghal dawk l-ghalliema u ufficjali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jaghmlu l-almu taghhom kollu biex jassiguraw li l-livell ta' taghlim, inkluz dak fil-lingwa Ingliza, jkompli joghla minn zmien ghal zmien - kif fil-fatt qed jaghmel.
Fost dawn l-inizzjattivi fl-ahhar snin kien qed jigi segwitprogramm fl-iskejjel primarji (Primary English Project) immirat biex jgholli l-livell tat-taghlim ta' l-Ingliz sa mill-livell primarju, kif ukoll is-Secondary English Project ghall-istudenti fl-iskejjel sekondarji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow