Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Richard Muscat izur il-Youth Camp Ewropew

PR1397
Date Icon 12/09/1996
"Ahna konvinti li l-futur qed jinbena fuq bazi soda, ghaliexil-generazzjoni zaghzugha diga emmnet xi tfisser l-Ewropa". Hekk qal is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Richard Muscat, meta zar il-youth camp Ewropew organizzat fil-Buskett mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara. Fil-kamp hadu sehem madwar sittin zaghzugh u zaghzugha mill-Germanja, mill-Kroazja, mis-Slovakkja, mill-Iskozja u minn Malta. Il-kamp, l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu li sar f'pajjizna, kellu t-tema "Flimkien inwaqqghu l-barrieri", u matulu saru attivitajiet fil-kamp stess u barra.
Fl-indirizz qasir li ghamel fl-ahhar jum tal-kamp, is-SegretarjuParlamentari qal: "Dan hu li mill-bidunett xtaq Jean Monnet: li l-Ewropa tkun maghquda, hi x'inhi l-kutura tal-popli u huma x'inhuma t-tradizzjonijiet radikati fil-gnus."
Is-Segretarju Parlamentari zied: "It-tema tal-kamp hi attwalil-hin kollu. F'kull hin ghandna nahdmu biex inkunu poplu wiehed, u nhoss li intkom hdimtu hafna f'dawn l-ahhar ghaxart ijiem biex il-barrieri ta' bejnietkom jaqghu tassew. Dan hu li tfisser l-unita' ta' l-Ewropa."
Is-Segretarju Parlamentari fahhar lill-Kunsill Lokali ta'Birkirkara ghall-inizjattiva li ha u ghall-isforz li dahal ghalih, u wera x-xewqa li Kunsilli ohrajn ifasslu pjani li jwasslu ghal aktar okkazjonijiet biex iz-zghazagh jithalltu u jinghaqdu fi spirtu wiehed. "Qieghed nara b'ghajnejja", temm is-Segretarju Parlamentari Muscat, "is-sodisfazzjon ta' kulhadd ghas-sucess ta' din l-inizzjattiva. U qieghed nara ukoll id-dispjacir f'ucuh xi uhud li ghada stess jergghu lura lejn pajjizhom konxji mill-hbiberiji godda li ghamlu f'Malta u mis-sens ta' solidarjeta' li taghha l-Ewropa maghquda kapaci taghti prova".
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow