Stqarrija mill-Awtoritajiet tas-Sahha dwar il-Provvista ta' "swabs" fl-Isptar
PR1388
11/09/1996
| Fil-harga ta' nhar il-Hadd ta' gurnal politiku inghatat l-impressjoni | li fl-Isptar San Luqa ma kienx hemm provvista ta' swabs. Dan il-gurnal kompla jinsinwa li dan in-nuqqas jinhass l-aktar jekk tinqala xi emergenza fejn ikollhom isiru operazzjonijiet urgenti. |
| L-Awtoritajiet tas-Sahha jichdu dan ir-rapport esagerat u ghalhekk | allarmanti u bla bzonn. Huwa minnu li minhabba proceduri ta' tenders u prezzijiet esagerati fis-suq lokali l-provvista ta' swabs nizlet, izda definittivament mhux minnu li f'xi hin fl-isptar ma kienx hemm swabs. Ittiehdu l-mizuri kollha necessarji biex dan ma jigrix u fil-fatt kien hemm provvisti biex jinqdew il-htigijiet tal-pazjenti. |
| Din il-gimgha stess waslet f'Malta u qed tigi mqassma provvista ta' | swabs li nxtrat mill-Ingilterra bi prezz marginalment biss aktar gholi mill-prezz tat-tender l-antik. L-allegazzjoni li ntefqu tlett darbiet aktar ghal din il-konsenja mhix korretta u xxandret biss biex jintefa' dell ikrah fuq il-management tal-Medical Stores. |
| Ir-rapport fil-gurnal jallega wkoll li mill-Isptar San Luqa ma | seteghtx tinxtara l-medicina WARFARIN bir-rizultat li pazjenti kellha tinghatalhom kura minhabba li bdew ibatu minn bleeding. Irid jinghad li persuni jitilfu demm minhabba overdose ta' Warfarin u mhux minhabba n-nuqqas tieghu. Il-problemi ta' stocks gew solvuti. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891