Left arrow Go Back

Il-partecipazzjoni tal-Professur Franco Malerba waqt EDUKA '96

PR1382
Date Icon 10/09/1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onorevoli MichaelFalzon habbar li bhala parti mill-attivitajiet waqt il-fiera EDUKA '96, in-National Student Travel Foundation (Malta), l-NSTF, li hija wkoll wahda mill-esibituri.
Nhar il-Hamis, 12 ta' Settembru, il-Professur Malerba ser jifformaparti mill-panel waqt sessjoni tal-Mini European Assembly li ser tiddiskuti it-tema "Enhancing Cultural Diversity through mobility in Education". F'din id-diskussjoni ser jiehdu sehem ukoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Ambaxxatur tad-Delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ghal Malta u r-Rettur ta' l-Universita' ta' Malta.
Nhar il-Gimgha, 13 ta' Settembru, il-Professur Malerba ser jaghmelprezentazzjoni awdjo viziva bit-tema "Space Exploration - A No Limit Challenge". Waqt din il-fiera il-Professur Malerba ser jintroduci ghall-ewwel darba il-ktieb "The Summit".
Waqt il-fiera l-NSTF ser taghmel prezentazzjoni dwar it-taghlimtal-lingwa Ingliza bhala lingwa barranija. In-National Student Travel Foundation (Malta), barra milli toffri servizzi ta' vjaggar ghall-istudenti u taghlim fil-lingwa Ingliza, torganizza attivitajiet edukattivi ohra bil-ghan li tkun zviluppata u mkabbra l-kultura ta' l-istudenti u z-zghazagh Maltin.
L-iskop ewlieni ta' l-EDUKA '96 li ser tigi nawgurata nhar il-Hamis,12 ta' Settembru huwa dak li jqajjem kuxjenza akbar dwar id-diversi attivitajiet fil-qasam ta' l-Edukazzjoni inkluz dawk li jaqghu taht ir-responsabbilta' tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Il-fiera ser taghti l-opportunita' wkoll li turi l-importanza li Malta thares lejn zviluppi li qed isehhu f'pajjizi ohra f'dan il-qasam hekk importanti ghal futur tal-pajjiz.
L-Onorevoli Michael Falzon habbar li f'din il-fiera ser jiehdusehem 73 esebitur. Fost l-istands waqt din l-attivita' insibu dak imtella' mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani li l-accenn tieghu hija l-edukazzjoni tul il-hajja.
Zona ohra fil-fiera hija fejn it-tfal ser ikollhom l-opportunita'li jippartecipaw f'attivitajiet li ghandhom x'jaqsmu max-xjenza, l-arti, l-isport, muzika u drama.
Waqt il-fiera ser ikun hemm ukoll sensiela ta' tahditiet udiskussjonijiet dwar suggetti relatati ma' l-edukazzjoni li ser jixxandru diretti fuq l-istazzjon televiziv edukattiv, Education 22. Hemm ukoll stands kummercjali ta' affarijiet relatati mat-taghl Il-Ministru Falzon filwaqt li rringrazzja lill-partecipanti f'din il-fiera, heggeg lill-pubbliku ta' kull eta' biex jattendi ghal fiera EDUKA '96.

MALERBA PROFILE

FLYLEAF OF "THE SUMMIT"

Franco Malerba is the first Italian astronaut. He carried out theSTS-46 Mission on board the Space Shuttle Atlantis as the Payload Specialist from July 31st to August 8th, 1992. Franco Malerba, always in search of learning opportunities, has been involved both with basic research and with technology applications in the public and the private sectors in Europe and the US. A graduate from the University of Geneva, Franco Malerba has earned two doctorates, one in Electronic Engineering and one in Physics.
Among his most significant activities are his research works at theMarine Biology Laboratory (CNR-ICB) in Camogli, Italy, at the National Institute of Health in Bethesda at the Space Science Department of ESA-ESTEC in Noordwijk, and his work in the field of computer networks and telecommunications at Digital Equipment in Geneva, Switzerland and in Sophia Antipolis, France. Today he is a civil servant at the Italian Space Agency (AS I)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow