Left arrow Mur Lura

Relazzjonijiet ma' l-Awstralja fil-qasam marittimu

PR1381
Date Icon 10/09/1996
Fiz-zjara li l-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologijaqed jaghmel fl-Awstralja, ghall-ewwel darba tpoggiet bazi soda ghal-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi fil-qasam marittimu.
Kmieni wara nofsinhar il-Ministru Frendo u d-delegazzjoni tieghu limaghha inghaqad ukoll Lino Vassallo, Direttur tal-Bastimenti Merkantili, kellhom laqgha utli hafna ma' Geoff Craige, il-Ministru tal-Portijiet u t-Toroq ta' l-Istat ta' Victoria.
Matul din il-laqgha il-Ministru Frendo tkellem dwar il-missjonimarittima ta' Malta u l-pakkett ta' servizzi li Malta qed toffri fil-qasam marittimu. Dan jinkludi s-servizz tat-tiswijiet tal-vapuri mit-tarzna, il-yacht marinas, il-facilitajiet tal-Port il-Kbir, ir-Registrazzjoni tal-Bastimenti u l-facilitajiet tal-Port Hieles f'Marsaxlokk.
Hu spjega li Malta llum ghandha it-tmien l-akbar Registrutal-Bastimenti izda ghamel emfasi m'hux fuq in-numru izda fuq il-kwalita'. Semma wkoll l-izviluppi fil-qasam tal-cruise liners u l-hidma biex Malta issir ukoll Home Port fejn il-bastiment jibda u jispicca l-cruise tieghu u mhux semplicement ikun "£port of Call" kif uzat sal-lum fil-maggoranza tal-kazi. Il-Ministru Craige wera interess kbir f'dan il-qasam u talab aktar taghrif dwar il-facilitajiet tal-Port Hieles. Il-Ministru Frendo spjega il-facilitajiet li jipprovdi l-Port Hieles kif ukoll il-vantaggi li toffri Malta ghal min irid jidhol fis-suq Ewropew permezz tal-Ftehim ta' Assocjazjoni ma' l-Unjoni Ewropea. Kienet esplorata ukoll il-possibilta' li delegazzjoni Maltija izzur l-Awstralja biex tispjega l-facilitajiet offruti lill-industrijalisti. Il-bierah filghodu il-Ministru Frendo attenda ghas-sessjoni tal-ftuh ta' 'Spillcon '96' li qed issir f'Melbourne, u li qed tiddiskuti t-tema tat-tniggiz ta' l-Ambjent Marittimu.
Il-Konferenza nfethet minn Marie Tehan, Ministrughal-Konservazzjoni u l-Ambjent. Prezenti kien hemm ukoll delegati minn diversi pajjizi u s-Segretarju tal-Marine Environment Division ta' l-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali.
Sadattant Lino Vassallo kemm f'Sydney kif ukoll f'Melbourne kellulaqghat mal-Flag State Inspectors ta l-Awtorita Marittimu Maltija fil-portijiet Awstraljani kif ukoll ma' ufficjali gholja ta' l-Australian Maritime Safety Agency li fost affarjiet ohra huma responsabbli ghall-Bastimenti Merkantili u c-certifikazzjoni tal-Bahhara.
F'dawn il-laqghat kienu stabbiliti kuntatti siewja bejn l-awtoritajiettaz-zewg pajjizi. Aktar kmieni din il-gimgha il-Ministru Frendo u d-delegazzjoni tieghu zaru wiehed mill-container terminals ta' Botany Bay f'Sydney. Huwa tkellem ma' l-amministraturi tat-terminal u l-Ministru tkellem ukoll ma' xi haddiema Maltin li jahdmu f'dan il-Port.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow