Zjara mill-Ministru Michael Falzon fl-Iskola ta' l-Imsida fi tmiem Skola Sajf '96
PR1380
10/09/1996
| Din il-gimgha tintemm l-Iskola Sajf '96. It-tfal li attendew Skola | Sajf kellhom l-opportunita' li jiehdu sehem f'attivitajiet bhal "arts and crafts", zjarat kulturali u postijiet ohra ta' importanza f' pajjizna. Attivitajiet ohra li hadu sehem fihom it-tfal kienu dawk teatrali u sportivi. L-istudenti li hadu sehem fi Skola Sajf gew imhegga biex f'din l-ahhar gimgha jipprezentaw, permezz ta' "open day", l-esperjenzi taghhom ta' matul dan is-sajf billi jsiru wirjiet, kant u teatru. |
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor Michael | Falzon, zar l-iskola Primarja ta' l-Imsida, fejn gie mdawwar mill-koordinaturi ta' din l-iskola, u ra x-xoghlijet maghmula mit-tfal li attendew f'din l-iskola matul is-sajf. Fost attivitajiet ohra, it-tfal ta' l-Imsida zaru l-ufficcju tal-Kunsill Lokali, l-Ghajn tal-Hasselin u l-Universita' ta' Malta. It-tfal ittiehdu jzuru lukanda ewlenija fil-lokalita' u gie spjegat lilhom ix-xoghol li jsir f'lukanda. Barra minn dan it-tfal zaru wkoll il-Belt Valletta, il-Birgu u l-Imdina. It-tfal ittiehdu wkoll f'fabbriki u f'forn fejn raw mill-qrib il-process ta' kif isir il-hobz. |
| L-Onorevoli Michael Falzon wera l-apprezzament tieghu lejn | il-genituri ta' l-appogg li taw matul dan is-sajf, irringrazzja lill-koordinaturi, lill-ghalliema, lill-istudenti li qed isegwu il-kors tal-B.Educ., u dawk kollha li b'xi mod taw sehemhom biex Skola Sajf f' Malta u Ghawdex kienet success. |
| Il-Ministru zied jghid li biex il-livell miksub matul dan is-sajf | jitjieb, qed isir stharrig fost l-istudenti tal-B.Educ., u l-koordinaturi li hadmu f'dan il-progett, biex minn dak li jirrizulta jithejja rapport li, abbazi tieghu, isir tibdil u titjib ghal Skola Sajf ghas-sena li gejja. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901