Lm60,000 ghal Headquarters u Gym tal-Malta Judo Association
PR1375
09/09/1996
| Il-Malta Judo Association ser twaqqaf il-Kwartieri Generali taghha | f'Pembroke fejn ukoll ser tibni sala ghall-kompetizzjonijiet u gym. Dan thabbar waqt laqgha li Envic Galea, President ta' l-Assocjazzjoni, u Godfrey Bezzina, Direttur, Sport, kellhom mal-Ministru tal-Gustizzja u Kultura. Il-Ministru Michael Refalo qal li: |
| "L-Assocjazzjoni Maltija Judo ilha hafna snin tigi mweghda | bini biex ikollha Headquarters min fejn tamministra l-isport u post fejn thejji l-atleti. Minkejja hafna dizappunti matul is-snin sew il-mexxejja kif ukoll dawk li jipprattikaw din id-dixxiplina sportiva baqghu jistinkaw biex jghollu l-livell tal-Judo f'Malta u jiksbu rikonoxximent u unuri internazzjonali. Il-mument tal-M.J.A. wasal ukoll u qed naghtu l-premju li jisthoqq". |
| Is-sit li fuqu ser jitwaqqaf il-Headquarters u l-Gym gie | deciz u maghzul waqt diskussjonijiet bejn il-Ministru Refalo, is-Sur Envic Galea u l-ufficjali tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar inkarigati mill-Pjan ta' Azzjoni ta' Pembroke. L-Assocjazzjoni ser tohrog miz-zewgt ikmamar li ghandha u thalli aktar spazju ghat-tkabbir tal-facilitajiet edukattivi ta' Pembroke. Gie allokat sit alternattiv fl-ispazju rizevat ghall-ipprattikar ta' l-isport. |
| Il-Gvern, permezz tal-Ministeru tal-Gustizzja u Kultura, li hu | responsabbli mill-Isport, ser jghin ukoll billi jaghti kontribut fi flus, Lm40,000 matul din is- sena u LM20,000 id-diehla, ghall-bini u taghmir. |
| L-Assocjazzjoni Maltija Judo ser tiehu hsieb il-bini u t-taghmir | tal-progett kif ukoll il-bqija tal-finanzjament mehtieg. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901