Left arrow Mur Lura

Il-Prof Guido De Marco f'laqghat ma' diversi politici barranin

PR1364
Date Icon 06/09/1996
Il-President Palestinjan Jasser Arafat u l-Vici Prim Ministru uMinistru ghall-Affarijiet Barranin ta' Malta l-Prof Guido de Marco illum kellhom konversazzjoni telefonika fit-tul li fiha ddiskutew is-sitwazzjoni prezenti fil-Lvant Nofsani. Il-President Arafat informa lill-Prof de Marco bl-avvenimenti li sehhew wara l-laqgha mal-Prim Ministru ta' Israel, Benjamin Netanyahu. Il-President Arafat esprima l-konvinzjoni tieghu li l-process ta' paci fil-Lvant Nofsani huwa irriversibbli u waqt li hu konxju tad-diffikultajiet ezistenti, huwa wkoll fiducjuz li l-process tal-paci ghadu miexi.
Il-Vici Prim Ministru esprima s-solidarjetà u rwol ta' Malta litaghti kontribut fejn ikun mehtieg biex tinstab soluzzjoni pacifika ghal sitwazzjoni li gabet maghha tant tbatija lil tant nies.
Il-President Arafat enfasizza r-rwol tal-Prof de Marco u esprima l-gratitudnitieghu ghas-sostenn kostanti li l-poplu Malti dejjem wera.
Il-Vici Prim Ministru kellu laqgha qasira, fil-Ministeru ta' l-AffarijietBarranin Taljan, mal-Ministru l-gdid ta' l-Affarijiet Barranin ta' Israel David Levy. Il-Ministru Levy kien ghadu kemm spicca minn laqgha li kellu mal-Ministru Taljan, Lamberto Dini.
Il-Prof de Marco esprima t-tama tieghu li l-process tal-pacifil-Lvant Nofsani jimxi 'l quddiem. Il-Ministru Levy irringrazzja lill-Prof de Marco u wera t-tama li jkunu jistghu jergghu jiltaqghu fil-futur qrib.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow