Il-Prof Guido De Marco f'laqghat ma' diversi politici barranin
PR1364
06/09/1996
| Il-President Palestinjan Jasser Arafat u l-Vici Prim Ministru u | Ministru ghall-Affarijiet Barranin ta' Malta l-Prof Guido de Marco illum kellhom konversazzjoni telefonika fit-tul li fiha ddiskutew is-sitwazzjoni prezenti fil-Lvant Nofsani. Il-President Arafat informa lill-Prof de Marco bl-avvenimenti li sehhew wara l-laqgha mal-Prim Ministru ta' Israel, Benjamin Netanyahu. Il-President Arafat esprima l-konvinzjoni tieghu li l-process ta' paci fil-Lvant Nofsani huwa irriversibbli u waqt li hu konxju tad-diffikultajiet ezistenti, huwa wkoll fiducjuz li l-process tal-paci ghadu miexi. |
| Il-Vici Prim Ministru esprima s-solidarjetà u rwol ta' Malta li | taghti kontribut fejn ikun mehtieg biex tinstab soluzzjoni pacifika ghal sitwazzjoni li gabet maghha tant tbatija lil tant nies. |
| Il-President Arafat enfasizza r-rwol tal-Prof de Marco u esprima l-gratitudni | tieghu ghas-sostenn kostanti li l-poplu Malti dejjem wera. |
| Il-Vici Prim Ministru kellu laqgha qasira, fil-Ministeru ta' l-Affarijiet | Barranin Taljan, mal-Ministru l-gdid ta' l-Affarijiet Barranin ta' Israel David Levy. Il-Ministru Levy kien ghadu kemm spicca minn laqgha li kellu mal-Ministru Taljan, Lamberto Dini. |
| Il-Prof de Marco esprima t-tama tieghu li l-process tal-paci | fil-Lvant Nofsani jimxi 'l quddiem. Il-Ministru Levy irringrazzja lill-Prof de Marco u wera t-tama li jkunu jistghu jergghu jiltaqghu fil-futur qrib. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901