Left arrow Mur Lura

Il-Prof. Guido de Marco jiltaqa' mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Lamberto Dini

PR1359
Date Icon 05/09/1996
Fuq stedina tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan LambertoDini, il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco, ghamel vizita fl-Italja bejn l-4 u l-5 ta' Settembru.
Fil-laqgha li kellu llum il-Vici Prim Ministru Malti mal-MinistruDini gew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali b'mod partikolari r-Raba' Protokol Finanzjarju ffirmat fl-1994 li b'rizultat tieghu l-Italja qed taghti lil Malta s-somma ta' sittin miljun lira Maltin sas-sena 2000.
Id-diskussjonijiet li saru fi klima tal-hbiberija li dejjemikkaraterizzat ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja, saru b'enfasi partikolari ghall-appogg shih li l-Italja qed taghti u weghdet li tkompli taghti biex Malta, fi zmien qasir tkun l-ewwel membru fit-tkabbir li jmiss fl-Unjoni Ewropea. L-Italja ser tkompli bl-impenn taghha biex tassigura li dan jitwettaq anke mal-membri l-ohra tal-Unjoni Ewropea.
Iz-zewg Ministri trattaw fit-tul is-sitwazzjoni fil-Mediterran ufil-Medju Orjent. In partikolari huma tkellmu dwar il-bzonn ta' sikurezza fil-Mediterran; il-proposta ta' Malta ghall-Patt ta' Stabilita, kif ukoll l-izviluppi fil-process ta' Barcelona.
Il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin iddiskutew ukoll l-izviluppifi hdan in-Nazzjonijiet Uniti; is-sitwazzjoni politika internazzjonali llum , u kif ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja ser ikomplu jissahhu.

Il-Ministru Dini laqa' stedina biex izur Malta fil-futur qarib. Iz-zewg Ministri wara l-inkontru taghhom indirizzaw konferenza stampa.

Il-Vici Prim Ministru Malti kien akkompanjat mis-Sur Charles Aquilina, Ambaxxatur ta' Malta fl-Italja, is-Sur David Casa Assistent Personali tal-Vici Prim Ministru u mis-Sinjuri Alfred Zarb u Saviour Falzon, Diretturi fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow