Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd dwar il-produzzjoni tal-majjal

PR1358
Date Icon 05/09/1996
Mill-istqarrija tal-kelliem ewlieni Laburista dwar Agrikoltura uSajd, l-Onorevoli Freddie Micallef, jidher car li hu l-Partit Laburista li qieghed fi stat ta' paniku u mhux l-industrija tal-majjal.
L-istqarrija hija zbaljata ghal kollox, tant li meta ghall-ewweldarba, sentejn ilu, il-Ministru Censu Galea attenda laqgha tal-koperattiva, il-problema ta' dak iz-zmien ma kenitx n-nuqqas ta' produzzjoni, kif iddikjara l-Onor Micallef, izda produzzjoni zejda. Dak iz-zmien il-kooperattiva talbet l-ghajnuna tal-Ministru biex il-laham tal-majjal zejjed li kien hemm jigi kkunsmat. Fil-fatt, il-Ministru permezz tad-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju ha l-passi necessari biex isir kontroll ahjar ta' l-industrija tal-majjal kollha kemm hi. Illum, il-produtturi tal-majjal jafu dan sewwa. Tant hu hekk li kollha kemm huma japprezzaw il-hidma li saret u li ghadha qed issir fl-interess taghhom.
Din l-amministrazzjoni ziedet il-kwota tal-majjal minn 1740fil-gimgha fl-1987 ghal 2340 fl-1996. Zieda ta' 600 majjal fil-gimgha, zieda ta' 30 fil-mija f'inqas minn disa' snin. Ghal din iz-zieda li nghatat f'dawn is-snin kien hemm ukoll kritika negattiva minn naha ta' l-Oppozizzjoni.
Ta' min jghid, izda li l-Industrija tal-Majjal tpoggiet fuq bazisoda matul dawn is-snin mhux biss minhabba z-zieda ta' produzzjoni, izda wkoll billi:
(i) il-Gvern mexxa kampanja b' success kontra produzzjoni illegalita' majjal, u f'dawn l-ahhar tliet snin inqatlu izjed minn 210 majjaliet illegali;
(ii) il-Gvern ghadda it-tmexxija tal-Pork Marketing u tal-CominoPig Development lill-Koperattiva ta' min irabbi l-Majjal Ltd., (KIM) sabiex il-produtturi nfushom jmexxu l-industrija.
(iii) il-Gvern ghen biex tigi ristritturata l-industrija tal-majjalf'dik li hi genetika. Tant l-industrija m'hiex fi problemi, li l-produtturi nfushom investew f'dan il-progett bil-kbir;
(iv) Meta nhass li kien ser ikun hemm nuqqas, il-Ministeru flimkienmal-kooperattiva hadmu fuq metodu korrett ta' kif dak in-nuqqas jista' jintlahaq;
(v) il-Gvern ta prezz gust lill-produtturi tal-majjal (mhux naqqasil-prezz bhal ma kif sar taht l-Amministrazzjoni Socjalista);
(vi) il-Gvern introduca l-electronic grading skond il-kwalita'mitluba mill-konsumatur u 'in line' ma' dik ta' l-Unjoni Ewropeja.
Fl-ahharnett il-fissazzjoni ta' l-Oppozizzjoni, miktuba f'kullstqarrija li tohrog li l-Gvern mhu qed jaghmel xejn ghall-biedja Maltija hi wahda li turi kemm l-Oppozizzjoni ma tinteressahiex bis-serjeta' l-agrikoltura Maltija. Il-fatt li bhala ezempju ta' kemm l-industrija tal-majjal sejra lura l-kelliem ta' l-Oppozizzjoni ghamel referenza ghal tnaqqis fil-qatla fl-1995 meta mqabbla mal-qatla ta' l-1994 turi ukoll kemm l-oppozizzjoni tahseb li tista' tidhaq b'kulhadd il-hin kollu. L-1994 kienet sena meta l-qatla kienet iktar minn kemm mehtiega f'pajjizna u rekord ta' produzzjoni, u fil-fatt dakinhar il-kooperattiva kellha problema dwar x'ser taghmel bil-majjal taghha. Dak inhar il-Partit Laburista kien hareg qatta bla habel kontra l-Gvern. Illum kull majjal li jitrabba ghandu fejn jigi kkunsmat, fl-interess ta' l-industrija kollha.
Min jahseb li jista' jirbah il-voti tal-bdiewa billi jipprovajidhaq bihom sejjer zball. Ninsab cert li l-produtturi tal-majjal jafu li huma, llum jinsabu ahjar milli kienu sentejn ilu, u ferm ahjar milli kienu fl-1986, meta l-produzzjoni lokali tal-majjal kienet ferm inqas milli kienet fl-ahhar snin, u milli hi din is-sena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow