Ghawdex qatt ma' ppartecipa fl-Izvilupp Nazzjonali daqs dawn l-ahhar 9 snin
PR1340
02/09/1996
| Il-Gvern prezenti sa mill-bidunett haddem strategija regjonali ghal | Ghawdex li qed taghti l-frott taghha. Fil-fatt, Ghawdex qatt ma ppartecipa fl-izvilupp nazzjonali daqs dawn l-ahhar 9 snin li matulhom gawda kif jixraq mill-investiment li sar mill-Gvern. |
| Is-success ta' dan l-investiment ma jiddependix minn formula | mibnija fuq id-daqs tal-gzira u tal-popolazzjoni taghha. Ghalkemm dawn huma fatturi li ghandhom jigu kkunsidrati, huwa importanti hafna li bil-politika tieghu l-Gvern ihajjar investiment tal-privat - u llum hemm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tassigura li l-progetti li jsiru jkunu ta' gid ghall-gzira - u jincentiva lic-cittadini jahdmu aktar. B' hekk jinholoq aktar gid. |
| Barra minn hekk, il-gid f'Ghawdex ma jiddependix biss min-nefqa | kapitali li l-Gvern jaghmel partikularment f'Ghawdex u ghal Ghawdex. Il-gzira tgawdi wkoll minn investiment pubbliku iehor li jsir fuq bazi nazzjonali. Dan japplika per ezempju fil-qasam tat-Turizmu fejn Ghawdex igawdi mill-ispiza kapitali li l-Gvern jaghmel ghall-kampanja ta' pubblicita' f'pajjizi barranin. |
| Ghawdex igawdi wkoll mill-investiment sostanzjali li jaghmlu l-Organizzazzjonijiet | Parastatali. Hekk per ezempju, Ghawdex qed igawdi minn mijiet ta' eluf ta' liri Maltin fis-sena li jintefqu mill-Enemalta, t-Telemalta , il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, l-Awtorita' Marittima ta' Malta u l-Malta International Airport. Din is-sena, din il-kumpanija ghamlet investiment qawwi ghall-bini ta' terminal modern u attrezzat tajjeb ghall-passiggieri tas-servizz tal-helicopter. |
| Ghawdex igawdi wkoll minn investiment li dawn l-Organizzazzjonijiet | jaghmlu f'Malta . Ghawdex se jgawdi hafna minn progett kbir li l-Enemalta qed twettaq biex tissahhah is-sistema ta' 33 KV li twassal l-elettriku ghall-Mellieha u ghal Ghawdex. |
| Ghawdex igawdi wkoll mill-ispiza rikorrenti li l-Gvern jonfoq | ghall-gzira. In fatti, l-ispiza rikorrenti tal-Ministeru ghal Ghawdex ghal din is-sena tizboq l-LM14 il-miljun u din ma tinkludix il-pensjonijiet u l-beneficcji socjali li l-Gvern ihallas lill-Ghawdxin. |
| Fl-ahhar mill-ahhar il-politika tal-Gvern prezenti ghal Ghawdex | hija li fil-kuntest nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew - ghax m'hemmx dubju li Ghawdex jiggwadanja mill-Politika Regjonali ta' l-Unjoni meta Malta tissieheb fiha - Ghawdex ikun assigurat minn rizorsi bizzejjed biex jeghleb id-diffikultajiet socjali u ekonomici li ghandu bhala gzira zghira u fl-istess hin jisfrutta l-potenzjal tieghu biex ikompli jilhaq u jzomm parita' socjali u ekonomika mal-bqija tal-pajjiz, kif ghamel f'dawn l-ahhar snin. B'hekk jikkontribwixxi wkoll ghall-gid nazzjonali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901