Imniedi l-Kumitat "Hbieb tar-Residenza San Vincenz de Paule"
PR1338
02/09/1996
| Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani t-Tabib Antoine Mifsud | Bonnici dalghodu nieda ufficjalment il-Kumitat Hbieb tar-Residenza San Vincenz de Paule. |
| Il-Kumitat Hbieb tar-Residenza San Vincenz de Paule ghandu l-ghan | li jkattar kuxjenza nazzjonali favur impenn akbar mic-cittadini Maltin u Ghawdxin ghal solidarjeta' lejn l-anzjani residenti f'dan il-kumpless. Bl-attivitajiet li se jorganizza l-Kumitat se jkun jista' jghin fil-htigijiet lil bosta anzjani, specjalment dawk li minhabba raguni jew ohra ma tantx ikollhom min izurhom. Din il-hidma se tikkumplimenta l-hidma ta' l-awtoritajiet tar-Residnza kif ukoll hidmet il-Welfare Committee. |
| It-Tabib Mifsud Bonnici esprima s-sodisfazzjon tieghu li wara bosta | xhur ta' tentattivi, kien possibbli li jinstabu grupp ta' nies li lesti li jidhlu ghal dan l-impenn, b'mod volontarju u b'dedikazzjoni, bil-ghan ewlieni li tkompli titjieb il-kwalita' ta' hajja ta' kull anzjan f'San Vincenz de Paule. Huwa qal li l-bicca l-kbira tal-membri ta' dan il-kumitat huma qraba ta' anzjani fir-Residenza u ghalhekk huma diga midhla ta' l-istess Residenza. Dan ifisser li huma forsi aktar sensittizzati ghall-problemi u l-bzonnijiet marbutin ma' kumpless li jigbor fih 'il fuq minn elf persuna anzjana. Is-Segretarju Parlamentari esprima l-preokkpazzjoni li minkejja dak kollu li jsir mill-Gvern u minn entitajiet ohra b'risq l-anzjani residenti, ikun hemm individwi li ghal xi raguni jinqatghu lura. Dan il-kumitat se jiehu hsieb b'mod partikolari lil dawn l-anzjani li jehtiegu solidarjeta' u attenzjoni aktar minn ohrajn. |
| Fl-ahharnett Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lil dawk li accettaw li | jservu fuq dan il-kumitat li minkejja l-impenji kollha li kull wiehed u wahda minnhom ghandhom, accettaw bil-ferha u l-entuzjazmu l-istedina li saritilhom. |
| Ic-Chairperson tal-Kumitat huwa s-Sur Harry Restall. Il-membri l-ohra | huma: is-Sinjorina Hella Jean Bartolo (Segretarja), u s-Sinjuri Maria Zammit Gialanze' (Tezoriera), Alfred Zahra (Vici-Chairperson), Madeline Vella de Fremaux (Assistenta Segretarja), Lilian Plumpton (Assistenta Tezoriera), u Carmelo Aquilina, Miriam Bajada, Carmelo Bonnici u Andrew Sapiano. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901