Left arrow Go Back

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jassigura li se jkun hemm konsultazzjoni mal-Kunsill tal-Imgarr ghat-tkabbir tal-iskola ta' l-Imgarr

PR1327
Date Icon 29/08/1996
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jinnota li waqtdiskors li ghamel il-bierah fl-okkazjoni ta' l-inawgurazzjoni ta' l-Ufficcji Amministrattivi tal-Kunsill Lokali, s-Sindku ta' l-Imgarr ilmenta li l-Kunsill tieghu ghadu ma giex ikkonsultat dwar id-dettalji tal-pjani ghat-tkabbir ta' l-iskola tal-lokal.
Il-pozizzjoni attwali hi li tqabbad perit biex jipprepara il-pjantitax-xoghol li jridu jsiru u bhalissa qed isiru diskussjonijiet ma' dan il-perit u ma' Ufficcjali tad-Direttorat ta' l-Ippjanar dwar il-mod kif dan il-progett jista' jsir. Zgur mhux il-kaz li jezistu xi dettalji ta' dawn il-pjani ghax il-perit ghadu ma wasalx f'dan l-istadju tax-xoghol tieghu.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jixtieq jassigura likemm il-Kunsill Skolastiku u l-Kunsill Lokali ser jigu ikkonsultati dwar dak li ser ikun propost li jsir ferm qabel ma tittiehed xi decizjoni u naturalment ferm qabel ma ssir l-applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ghat-tkabbir ta' l-Iskola ta' l-Imgarr.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow