Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministru tal-Finanzi dwar aktar efficjenza fil-gbir tat-taxxa

PR1306
Date Icon 27/08/1996
Fl-istqarrija li Dr Alfred Sant hareg il-bierah bi twegibaghall-Istqarrija tieghi, rega' ghazel li jpoggi lil kulhadd f'cappa wahda u johrog il-konkluzjoni hazina.
L-argument ta' Dr Alfred Sant kien ikun jghodd kieku dawk li kienujhallsu t-taxxa fl-1987 huma l-istess nies li hallsuha fl-1995. Dan mhux il-kaz. Kulhadd jaf kemm zdied in-numru ta' nies jahdmu full time, kemm zdied in-numru ta' nies jahdmu part time, u kemm zdied in-numru ta' negozji. Aktar w aktar wara l-introduzjoni tal-kontroll bil-VAT fl-1995.
L-argument ta' Dr Sant kien ikun jghodd kieku ahna hallejna l-affarijietkif sibnihom. Dan lanqas m' hu l-kaz. Kulhadd jaf bir-riforma qawwija li ghamilna anke fis-sistema tal-Income Tax, u z-zieda fid-dhul, il-konkluzjoni hi li d-dhul mill-Income Tax jirrifletti:

1. li r-riforma li ghamilna tat rizultat tajjeb.

2. li l-gbir tat-taxxa qieghed isir b' mod aktar efficjenti.

3. li qieghed ikollna rizultati tajba fil-glieda taghna kontra l-evazjoni.

Imma dan, ghal Dr Sant, donnu ma jezistix. Kieku kellu jsir dak liqieghed jipproponi dwar it-tnehhija tal-VAT, l-Income Tax terga' tigi piz akbar fuq il-haddiema u l-pensjonanti.
Ta' min jinnota, li fl-istqarrija tieghu Dr Alfred Sant rega' baqa'mutu dwar l-istrategija tieghu fit-tnehhija tal-VAT.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow