Il-Ministru ghal-Ghawdex ikellem lill-genituri u studenti dwar il-korsijiet post-sekondarji f'Ghawdex
PR1303
26/08/1996
| Matul din is-sena 410 studenti Ghawdxin kienu jattendu korsijiet | fl-Iskola Post Sekondarja Sir Mikielang Refalo, u huwa mahsub illi dan in-numru ser ikompli jikber peress li minn din is-sena skolastika ser jigi wkoll introdott kors iehor gdid fl-ITS il-Qala, dwar il-catering - 'Certificate Course in Food and Beverage Operations'. Dan qalu l-Ministru Tabone waqt laqgha li saret ghall-genituri u studenti dwar korsijiet fil-livell post-sekondarji ghas-sena skolastika li tibda f'Ottubru. |
| Il-Ministru accenna ghall-progress li sar fil-qasam tal-Edukazzjoni | f'Ghawdex matul dawn l-ahhar tmien snin. Iz-zieda fis-suggetti u korsijiet godda fis-settur Post Sekondarju holqot aktar opportunitajiet sew fit-taghlim terzjarju kif ukoll fl-izvilupp tal-qasam tal-apprendistat. Fil-fatt fil-prezent madwar 350 studenti Ghawdxin qed isegwu xi kors fl-Universita f'Malta, 62 qed jattendu korsijiet tal-B.A. u Diploma fic-Centru tal-Universita f'Ghawdex u 125 korsijiet ta' apprendistat. Barra l-korsijiet u suggetti godda, kibru ukoll il-facilitajiet. |
| Il-Ministru Tabone habbar ukoll li minn din is-sena l-Information | Technology ser tigi introdott fl-ewwel sena tal-Primarja fl-iskejjel kollha tal-Istat. Il-Ministru heggeg aktar studenti sabiex ikomplu jsegwu l-edukazzjoni post-sekondarja u semma wkoll illi minn Ottubru li gej dawk l-Ghawdxin li ser jistudjaw l-Universita ser ikollhom sussidju ta' LM15 fix-xahar bhala sosten fl-akkomodazzjoni u t-trasport. Minn Settembru wkoll ser jinfetah ufficcju gdid 'Customer Care' fil-Lyceum Complex sabiex ikun centru ta' informazzjoni dwar materji tal-Edukazzjoni fir-Rabat stess. |
| Din il-laqgha giet ukoll indirizzata minn Vincent Grech, kap | tal-Iskola Post Sekondarja u Joseph Sammut, Direttur tal-Planning and Development li huwa wkoll responsabbli mill-Guidance and Counselling. Prezenti wkoll kien hemm Horace Mercieca Assistent Direttur tal-Edukazzjoni ghal Ghawdex u ufficcjali ohra mid-Dipartment tal-Edukazzjoni u l-Ministeru ghal Ghawdex. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901