Qed ikun restawrat l-Akwadott fl-Imriehel
PR1300
26/08/1996
| Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech dalghodu zar | ix-xoghol ta' restawr li qed isir mid-Dipartiment ta' Tiswija u Restawr tat-Taqsima tax-Xoghlijiet fuq il-parti ta' l-Akwadott ta' Wignacourt li tinsab fl-Imriehel. |
| Din il-parti kienet tinsab fi stat hazin hafna. Ir-restawr qed isir | fuq tul ta' 20 arkata u x-xoghol jinkludi bdil ta' gebel li kwazi tmermer ghal kollox u t-tnehhija ta' bicciet ta' hadid, kanen u materjal iehor li m'ghandu x'jaqsam xejn ma' dan il-wirt storiku. |
| Dan l-akwadott kien inbena fi zmien il-Gran Mastru Alof de | Wignacourt biex permezz tieghu jitwassal l-ilma mill-Imdina sal-Belt Valletta. L-ilma kien jingieb minn ghadd ta' spieri fl-inhawi ta' Had-Dingli u jitwassal sa Forti Sant'Iermu, tul ta' 16-il kilometru. Il-progett kien ha hames snin biex tlesta u tul ir-rotta kienu nbnew ukoll diversi funtani u gibjuni ghall-ilma. |
| Il-Ministru Zammit Dimech, filwaqt li qal li hi x-xewqa tal-Gvern | li jkompli jirrestawra l-akwadott kollu, heggeg lis-settur privat kif ukoll lil kull min ghandu ghal qalbu l-wirt naturali u storiku ta' pajjizna biex jaghtu sehemhom ukoll biex dan il-wirt ma jithalliex jinqered b'nuqqas ta' manutenzjoni regolari. |
| Hu semma wkoll xoghlijiet ohra ta' restawr li qed isiru bhalissa | mill-istess Dipartiment, fosthom ir-restawr tal-Knisja tal-Madonna tad-Duluri fil-Pietà, il-Kappella tal-Madliena, il-Kappella tal-Kuncizzjoni f'San Giljan u r-restawr u tindif ta' swar u bini storiku iehóor fil-Belt Valletta. Barra minhekk, qed jitwahóólu wkoll il-lifts fil-Palazz Presidenzjali u fil-Berga ta' Kastilja fil-Belt. Hu semma li l-lift fil-Palazz Presidenzjali se jservi ta' beneficcju kbir ghal persuni b'dizabbiltà li sal-lum ma kellhomx il-mezz kif jistghu jaraw dan il-bini storiku. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901