Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru tal-Intern jghid li l-Oppozizzjoni m'ghandhiex alternattiva fil-glieda kontra d-drogi

PR1294
Date Icon 23/08/1996
B'risposta ghall-istqarrija mahruga mill-Kelliemi Ewlieni dwarl-Intern ta' l-Oppozizzjoni, il-Ministeru ta' l-Intern jirrileva li minn mindu twaqqfet l-iskwadra kontra d-Droga fi hdan il-Pulizija, kien hemm dak li anki avversarji tal-Gvern sejhu "kullana ta' successi" u dana anki fil-konfront ta' traffikanti kbar ta' droga. Issa li l-Pulizija qed ikollha dawn is-successi, l-Oppozizzjoni bidlet id-diska u qed tghid li dan hu prova li hawn problema kbira ta' droga. Dan qed jinghad mill-istess partit li sa ftit snin ilu kien ippropona permezz tal-Kap tieghu ta' dak iz-zmien li ghandha tigi legalizzata d-droga sabiex tkun tista' tinbiegh mill-ispizeriji ghax din hi l-aqwa mezz kif tiggieled it-traffikar illegali tad-droga.
Hadd daqs il-Gvern prezenti ma ggieled il-kwistjoni ta' drogab'mizuri legislattivi u amministrattivi inkluzi:
(a) l-introduzzjoni ghall-ewwel darba f'pajjizna ta' ghomor il-habsghal kazijiet serji ta' traffikar ta' droga;

(b) it-twaqqif ta' Sedqa ghall-prevenzjoni u l-edukazzjoni;

(ð) it-twaqqif tan-National Drugs Intelligence Unit u issas-Servizz ta' Sigurta' b'poteri specjali ta' investigazzjoni;
(d) it-twaqqif ta' Centru Santa Marija f'Hal Luqa ghal programmiterapewtici ghal min ghandu l-problema tad-droga;
(e) ghajnuna ta' eluf kbar ta' liri lill-volontarjat impenjatifil-glieda kontra d-droga.
Fil-ktieb Ic-Cittadin l-Ewwel l-Opposizzjoni ghamlet bissproposta wahda u cioe' is-sekwestru punittiv tal-propjeta' tat-traffikanti. Tant hi gdida din il-proposta li ilha tezisti fil-ligi taghna ghaxar snin! Tant ghandha pjani l-Opposizzjoni f'dan il-qasam illi min fassal dan il-ktieb kien superficjali bizzejjed biex lanqas biss ezamina l-ligi kif inhi li ilha tipprovdi ghas-sekwestru punittiv sa mill-1986! Sa issa l-ebda kelliem ta' l-Opposizzjoni ma ikkorega din il-proposta jew irtiraha u ghalhekk l-Opposizzjoni ghadha sal-lum tipproponi xi haga li tezisti diga'.
Din hi s-serjeta' ta' alternattiva li qed jipproponi l-PartitSocjalista.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow