Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Falzon iwiegeb stqarrija ta' Kunsilliera mill-Qrendi

PR1293
Date Icon 23/08/1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, Michael Falzonjirreferi ghall-istqarrija ghall-istampa u x-xandir mahruga mis-Sinjura Claudette Baldacchino, Kunsilliera tal-Kunsill Lokali Qrendi, responsabbli mill-oqsma ta' l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh.
Irid jinghad li meta saret it-talba biex il-Kunsill Lokalital-Qrendi u l-Kunsill ta' l-Iskola primarja jiltaqghu mal-Ministru Falzon, dawn ma kienux indikaw x'kienu l-problemi li riedu jiddiskutu mieghu. Bhal ma jaghmel dejjem, is-segretarju privat tal-Ministru talab lil min ried jaghmel l-appuntament mieghu biex jissottometti bil-miktub l-agenda tal-laqgha. Din hi procedura normali li ssir biex wiehed ikun jista' jara xi prijorita' ghandha tinghata lit-talba ghal appuntament u biex il-Ministru jkollu l-possibilita' li jigbor informazzjoni dwar dak li jkun se jigi diskuss. Jista jaghti l-kaz li xi talbiet jew problemi jkunu jistghu jigu riferuti mill-ewwel lill-ufficcjali tad-Dipartiment koncernat minghajr il-bzonn ta' laqgha formali mal-Ministru.
Minkejja li l-Kunsill Lokali tal-Qrendi ntalab jaghmel dan fit-3 ta'Lulju, din l-agenda baqghet ma ntbaghtitx u kien biss illum li l-Ministru sar jaf x'riedu jiddiskutu mieghu. Dan gara meta waqt zjara tieghu fl-Iskola Primarja tal-Qrendi dal-ghodu, is-sinjorina Baldacchino lmentat li dan l-appuntament baqa' ma kienx iffissat.
Mhux minnu li l-Ministru Falzon qal li ghandu mija u sittin Kunsilliehor qabel il-Kunsill ta' l-Iskola tal-Qrendi, kif gie allegat fl-istqarrija tas-sinjorina Baldacchino. Li qal hu li m'hux f'posizzjoni li jaghti appuntament lil kull wiehed mill-mija u sittin Kunsill Skolastiku fuq semplici talba li ma tindikax fuq xhiex ikunu jridu jkellmuh.
Ghalhekk jekk hemm xi hadd li mexa b'mod mhux responsabbli jew mhuxxieraq, dan mhux il-Ministru Falzon izda min qed jghawweg l-fatti u jeskala din il-kwistjoni ghall-skopijiet ulterjuri.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow