Il-Prof. Guido de Marco f'tahdidiet f'Moska
PR1292
23/08/1996
| Fis-sighat bikrin ta' dal-ghodu, it-23 ta' Awissu, waqt waqfa | f'Moska ta' ftit sighat fi Triqtu lejn Kiev, il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin il-Prof. Guido de Marco kellu laqgha mall-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Nikolai Afanassievski fl-Ajruport ta' Moska. |
| Waqt din il-laqgha huma ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Mediterran | b'enfasi fuq il-Patt ta' Stabilita' propost minn Malta. Huma tkellmu wkoll dwar il-grajjiet recenti f'Cipru, is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u l-ahhar zviluppi fil-Bosnia. |
| Il-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Russu u l-Prof de Marco | tkellmu wkoll dwar l-OSCE, il-pjanijiet tar-Russja dwar l-arkitettura gdida ghas-Sigurta Ewropea, kif ukoll dwar in-NATO. |
| Iz-zewg Ministri trattaw ukoll il-proposta Maltija ghat-tibdil | fil-mandat tat-Trusteeship Council fin-Nazzjonijiet Uniti. |
| Il-Vici Prim Ministru u d-delegazzjoni tieghu, maghmula minn | l-Ambaxxatur ta' Malta ghal Moska u ghal Kiev, is-Sur George Saliba u l-Assistent Personali, is-Sur Tony Galea, waslu iktar tard f' Kiev fejn gew milqugha mill-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ukraina. |
| Iktar tard illum il-Vici Prim Ministru u l-Ministru ta' | l-Affarijiet Barranin, il-Prof de Marco ser ikollu laqgha mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ukraina Gennady Udovenko. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901