Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Falzon izur l-iskola Primarja tal-Qrendi

PR1290
Date Icon 23/08/1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani l-Onor Michael Falzonzar l-Iskola Primarja tal-Qrendi li issa hija attrezzata bil-kompjuters u l-ghamara necessarji ghad-dhul tal-kompjuter fl-ewwel sena ta' l-Iskejjel Primarji.
Din l-iskola sejra sservi ta' progett pilota ghall-skejjel ohrajn ul-ghalliema jkunu jistaw jmorru hemm biex jaraw kif ser tithaddem is-sistema.
Ghall-progett tad-dhul tal-kompjuters fl-iskejjel kollha ta'l-ewwel sena tal-primarja gew ivvutati ghal din is-sena LM2 miljun. Dan il-progett jinkludi kemm ix-xiri ta' kompjuters u software, kif ukoll it-tibdil infrastrutturali li jehtieg li jsir fl-iskejjel kollha primarji inkluz mizuri ta' sigurta'. Sadanittant matul dan is-sajf l-ghalliema komplew it-tahrig taghhom fic-centru tat-tahrig tal-kompjuters, is-Swatar (CITEDUC). L-ghalliema diga' inaghataw NOTEBOOKS biex fuqhom ikunu jistghu jithejjew il-lezzjonijiet.
Waqt din iz-zjara l-Ministru Falzon ipprezenta wkoll lill-istampa,ghall-ewwel darba, programm tal-Malti fuq il-kompjuter li sejjer jintuza mit-tfal.
Dan huwa MULTIMEDIA CD-ROM ghat-taghlim tal-Malti msejjah"IL-MALTI MA' ROKITT" u huwa l-ewwel wiehed ta' din ix-xorta.
Dan is-software sar bhala parti mill-Programm ghar-Ricerka uZvilupp ta' Software fi hdan id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni.
Din is-CD-ROM tinkludi kliem, stampi, hsejjes u films imhaddmaflimkien sabiex jipprovdu esperjenza gdida ta' taghlim li tuza l-ahhar zviluppi fit-teknologija ta' l-Informatika. Barra li din is-CD-ROM sejjra tintuza mill-ghalliema gewwa l-klassi, dan is-software jista' jintuza mit-tfal biex jitghallmu wehidhom, jew anke d-dar mal-genituri.
Bhalissa qed isir xoghol intensiv fuq aktar programmi tal-kompjuterghat-tieni sena tal-Progett tal-Primarji kif ukoll ghat-taqsima Sekondarja. Qed isir kull sforz sabiex is-software li jintuza fl-iskejjel Maltin ikun adattat kemm jista' jkun u sakemm huwa necessarju ghas-sitwazzjoni socjo-kulturali Maltija.
Il-Ministru Falzon qal li l-kompjuters fl-iskejjel Primarji mhux sejintuzaw biex ikun mghallem is-suggett tal-kompjuter izda biex il-kompjuter iservi ta' ghodda biex jiffacilita it-taghlim tas-suggetti kollha li diga' huma mghallma fil-livell primarju.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow