Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar kummenti tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni dwar l-incident tal-Ajruplan li kkraxxja f'Belgrad

PR1284
Date Icon 22/08/1996
B'riferenza ghal dak li gie rrapurtat li qal Dr Alfred Sant, Kapta' l-Oppozizzjoni, fuq l-incident ta' l-ajruplan Ilyushin-76 bejn Belgrad u Malta fid-19 ta' Awissu 1996, il-Ministeru jikkonferma dak li kien intqal fil-Press Release li harget dak in-nhar stess dwar id-dokumenti tal-merkanzija li kellu, jigifieri 50 pallets ta' tyres ghal makkinarju agrikolu u 10 pallets ta' sports wear ghac-ciklisti. Dejjem f'dan il-kuntest, il-BAS (Cassar and Cooper) bhala l-agenti ta' din il-konsenja ibbukjaw hames containers mat-Tarros, kumpanija tal-vapuri li topera mill-Freeport.
Ghaldaqstant, wiehed iqis dak li gie rrapurtat li qal Dr AlfredSant bhala spekulazzjoni ohra infondata biex thammeg b'mod partikolari l-Freeport. Wiehed ma hemmx ghalfejn imur hafna lura fiz-zmien biex jiftakar fl-uzu ta' din it-tattika fil-konfront tal-Freeport ghal vantagg ta' kompetituri bhal Gioia Tauro. Madanakollu, dak li Dr Alfred Sant gie rappurtat li qal rigward il-Grand Alliance tal-linji tal-vapuri mondjali baqa' f'wiccu ghax il-Freeport igawdi fiducja shiha fil-kamp marittimu.
Wiehed ma jistax ma jistmerx il-hsara sistematika li qed issirlill- Freeport. Forsi din gejja minhabba li l-Gvern prezenti irnexxielu jaghmel success mill-Freeport? Dan jikkontrasta hafna mall-falliment kbir li l-Malta Labour Party, (taht it-tmexxija ta' Dr Alfred Sant innifsu), bhala shareholder, taht il-kriterju tat-trasparenza, u l-GWU (ma' xi hbieb minn taghhom) kellhom fit-tmexxija tal-MACONTE, il-Kumpanija li kellha f'idha t-trasbord sa l-1987. Sa dak inhar nhadmu b'kollox 2,000 container mal-MACONTE, volum ta' xoghol li issa l-Freeport irnexxielu li jimmaniggja f'kull gurnata wahda.
Dawn l-insinwazzjonijiet fir-rigward tal-Freeport minn certukwartieri huma intizi biss biex jaghmlu hsara lill-Freeport, lill-haddiema tieghu u lill-familji li jiddependu ghall-ghajxien taghhom fuq il-Freeport. Kif ghamel u kif ser jibqa' jaghmel fil-futur, il-Freeport ser jirribatti bil-qawwa dawn il-forzi mdallma u jissielet biex igib dejjem iktar xoghol lejn xtutna u jkabbar il-fiducja mondjali f'din l-industrija minghajr ma' jhossu mxekkel minn hadd li ghandu skopijiet ulterjuri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow