Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar kummenti tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni dwar l-incident tal-Ajruplan li kkraxxja f'Belgrad
PR1284
22/08/1996
| B'riferenza ghal dak li gie rrapurtat li qal Dr Alfred Sant, Kap | ta' l-Oppozizzjoni, fuq l-incident ta' l-ajruplan Ilyushin-76 bejn Belgrad u Malta fid-19 ta' Awissu 1996, il-Ministeru jikkonferma dak li kien intqal fil-Press Release li harget dak in-nhar stess dwar id-dokumenti tal-merkanzija li kellu, jigifieri 50 pallets ta' tyres ghal makkinarju agrikolu u 10 pallets ta' sports wear ghac-ciklisti. Dejjem f'dan il-kuntest, il-BAS (Cassar and Cooper) bhala l-agenti ta' din il-konsenja ibbukjaw hames containers mat-Tarros, kumpanija tal-vapuri li topera mill-Freeport. |
| Ghaldaqstant, wiehed iqis dak li gie rrapurtat li qal Dr Alfred | Sant bhala spekulazzjoni ohra infondata biex thammeg b'mod partikolari l-Freeport. Wiehed ma hemmx ghalfejn imur hafna lura fiz-zmien biex jiftakar fl-uzu ta' din it-tattika fil-konfront tal-Freeport ghal vantagg ta' kompetituri bhal Gioia Tauro. Madanakollu, dak li Dr Alfred Sant gie rappurtat li qal rigward il-Grand Alliance tal-linji tal-vapuri mondjali baqa' f'wiccu ghax il-Freeport igawdi fiducja shiha fil-kamp marittimu. |
| Wiehed ma jistax ma jistmerx il-hsara sistematika li qed issir | lill- Freeport. Forsi din gejja minhabba li l-Gvern prezenti irnexxielu jaghmel success mill-Freeport? Dan jikkontrasta hafna mall-falliment kbir li l-Malta Labour Party, (taht it-tmexxija ta' Dr Alfred Sant innifsu), bhala shareholder, taht il-kriterju tat-trasparenza, u l-GWU (ma' xi hbieb minn taghhom) kellhom fit-tmexxija tal-MACONTE, il-Kumpanija li kellha f'idha t-trasbord sa l-1987. Sa dak inhar nhadmu b'kollox 2,000 container mal-MACONTE, volum ta' xoghol li issa l-Freeport irnexxielu li jimmaniggja f'kull gurnata wahda. |
| Dawn l-insinwazzjonijiet fir-rigward tal-Freeport minn certu | kwartieri huma intizi biss biex jaghmlu hsara lill-Freeport, lill-haddiema tieghu u lill-familji li jiddependu ghall-ghajxien taghhom fuq il-Freeport. Kif ghamel u kif ser jibqa' jaghmel fil-futur, il-Freeport ser jirribatti bil-qawwa dawn il-forzi mdallma u jissielet biex igib dejjem iktar xoghol lejn xtutna u jkabbar il-fiducja mondjali f'din l-industrija minghajr ma' jhossu mxekkel minn hadd li ghandu skopijiet ulterjuri. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901