Prezentazzjoni ta' Kompjuter lir-Rebbieha ta' Edukwiz
PR1280
22/08/1996
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor Michael | Falzon, ipprezenta kompjuter lil Eleonore Attard, minn Hal Kirkop li hi t-tieni rebbieha ta' l-EDUKWIZ li qed jixxandar fuq Education 22. |
| Il-mistoqsija kienet: "F'Settembru li gej f'liema livell | edukattiv sejjer jigi introdott it-taghlim bil-kompjuter?" It-twegiba kellha tkun: "Fl-ewwel sena f'livell primarju". |
| EDUKWIZ ser twassal ghall-EDUKA '96 li tikkonsisti f'esebizzjoni | dwar l-edukazzjoni li ser issir fit-Trade Fair Grounds tan-Naxxar, bejn nhar il-Hamis 12 u l-Hadd 15 ta' Settembru 1996 organizzata mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani. |
| Ir-rebbieha inghatat MATRIX Computer System gentilment moghti | mill-Electronics System International Ltd. Ghal din il-prezentazzjoni kien hemm ukoll id-Direttur ta' l-Electronics System International Ltd, is-Sur David Rizzo. |
| Sadanittant qed tixxandar it-tielet kompetizzjoni li qed tidher fuq | Education 22 b'mistoqsija ohra li tista' trebbah kompjuter. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901