Left arrow Mur Lura

Xoghol tad-Dipartiment tat-Toroq f'Hal Ghaxaq

PR1276
Date Icon 21/08/1996
Id-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru ghat-Trasport,Komunikazzjoni u Teknologija kien ftiehem mal-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq kif ghandu jsir ix-xoghol tat-tarmac fit-toroq ta' Hal Millieri u l-fatt li sal-lum dawn ghadhom ma sarux bl-ebda mod ma hu tort tad-Dipartiment tat-Toroq li qatt ma mar lura mill-impenji tieghu.
Minkejja li kien jaf b'dan u kien imfakkar dwar dawn l-arrangamentiftit jiem ilu, il-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq xorta wahda ghamel Konferenza ta' l-Ahbarijiet li fiha habbar li se jasfalta triq b'mod temporanju u mbaghad jaghlaq il-bibien ghax ma jifdallux aktar fondi biex imexxi.
Fit-3 ta' Mejju li ghadda kien miftiehem li jkunu asfaltati t-toroqf'Hal Millieri izda billi d-Dipartiment tat-Toroq ma sabx kuntrattur li seta' jibda dan ix-xoghol immedjatament, kien il-Kunsill stess li ssugerixxa li jitqabbad il-kuntrattur li f'dak iz-zmien kien qed jaghmel xoghol ghall-Kunsill fl-istess rahal.
Fil-fatt kienet saret laqgha fl-ufficcju tal-Kunsill li ghalihaattendew is-Sindku, xi kunsilliera, id-Direttur tat-Toroq u l-kuntrattur li kien issugerixxa l-Kunsill stess u flimkien kienu marru jaraw it-toroq fejn kellu jsir ix-xoghol tat-tarmac. Il-Kunsill inkariga ruhu li kien se jsegwi hu lill-kuntrattur biex jassigura li x-xoghol isir kif miftiehem.
Meta l-kuntrattur gie biex jibda x-xoghol, irrizulta li f'dawnit-toroq ma kienx hemm servizzi ta' l-ilma. Hi politika tad-Dipartiment tat-Toroq li ma jaghtix tarmac fuq toroq li ma jkunux lesti mis-servizzi kollha ghax inkella jkollhom jergghu jinqalghu.
Fil-konferenza stampa li ghamel, il-Kunsill ta' Hal Ghaxaq qal liha d-decizjoni li jaghmel dawn it-toroq hu, izda mbaghad jaghlaq l-ufficcju ghax ma jkollux aktar flus biex imexxi.
Ikun ferm orhos u aktar efficjenti u l-flus jservuh aktar kiekul-Kunsill flok iwebbes rasu jaghmel kif kien suggerit mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, jigifieri li jhallas ghat-trinka biex isiru s-servizzi ta' l-ilma, u tarmac ikun jista' jaghmlu kif suppost id-Dipartiment tat-Toroq. Ma jkunx xieraq li l-Kunsill jaghmel spejjez biex jirranga triq li mbaghad ikollha terga' tinqala' biex jghaddu s-servizzi ta' l-ilma.
Id-Dipartiment tat-Toroq jittama li l-Kunsill ta' Hal Ghaxaq jiehudan il-parir li zgur ikun fl-ahjar interess ta' kulhadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow