Left arrow Mur Lura

Dhul fil-Korsijiet Post-Sekondarji 1996-7

pr1264
Date Icon 19/08/1996

1. Fi ftit gimghat ohra (i.e. l-ewwel gimgha ta' Settembru 1996 ghall-korsijiet post-Sekondarji fid-Dipartiment ta' l-Edukazjoni Terzjarja u Edukazzjoni ghall-Adulti, u dati ohra ghall-korsijiet fil-Junior College u Institute for Health Care - Universita', u ghall-korsijiet fl-Institute of Tourism Studies) l-istudenti Maltin u Ghawdxin li spiccaw l-iskola sekondarja jiddeciedu liema kors ser japplikaw ghalih fl-edukazzjoni terzjarja.

2.1 L-edukazzjoni terzjarja (minkejja li mhix obbligatorja) hi ferm importanti hafna fil-politika edukattiva tal-Gvern. Matul id-disa snin li ghaddew (1987-1996) diga twettqu diversi riformi importanti li taw frott kbir. Il-Gvern ihares lejn l-edukazzjoni terzjarja bhala tahrig specjalizzat akkademiku u prattiku ghaz-zghazagh ghad-dinja tax-xoghol wara li jkunu ghaddew il-kors generali primarju u sekondarju. L-investiment finanzjarju, uman u materjali hu qawwi hafna. (vide Appendix I)

2.2 Matul dawn id-disa snin, insemmi:

i. rifondazzjoni u tkabbir tal-Universita'

ii. twaqqif tal-Institute for Tourism Studies

iii. twaqqif tal-Paolino Vassallo Upper Lyceumm, Junior College, Institute for Health Care

iv. twaqqif tat-Technician Apprenticeship Scheme

v. ghoti ta' stipendji, wkoll, lill-istudenti fis-Sixth forms privati

vi. tkabbir sostanzjali tal-Fellenberg Centre for Industrial Electronics li minn 16 student kull sena issa qed jiehu 40 student kull sena.

vii. Informazzjoni Teknologika f'dan is-settur bil-Computer Science fis-Sixth Forms

viii.Komputerizzazzjoni u Informazzjoni Technologika f'dan is-settur:

Computer Science f'livell ta B.Sc. fl-Universita.

Computer Science f'Livell Avvanzat fis-Sixth Froms

Tkabbir ta' Taghlim fl-elettronika fl-Universita, Fellenberg Centre u Istituti Teknici.

2.3 Il-Gvern ghadu ghaddej bil-hidma biex dejjem itejjeb u jkabbar dan is-Settur: Il-hidma ghas-sena skolastika 1996-7 tinkludi 3 inizjattivi godda:

a. Sar hafna xoghol preparatorju biex, is-sena d-diehla, jitwaqqaf il-Vocational College of Education.

b. Qed jithejja pjan biex naggornaw l-iskema tal-Apprendistat (E.S.T.S.) biex aktar zghazagh ikunu jistghu jidhlu f'din l-iskema. Is-sena d-diehla, i.e. 1997, tkun tlestiet l-ewwel fazi tal-Edukazzjoni Teknologika ( li bdiet fl-1995) u, allura, l-istudenti li ghazlu l-Edukazzjoni Teknologizka (e.x. Skejjel tas-Snajja) ikunu eligibbli li jidhlu fl-iskema tal-Apprendistat (E.S.T.S.) malli jaghlqu 16-il sena u, mhux, 17-il sena kif kien qabel.

c. Partecipazjoni tal-istudenti Maltin fil-programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropeja, Leonardo u Socrates. B'din il-partecipazzjoni, l-istudenti jkunu jistghu jkabbru t-taghlim prattiku u teoriku li jkunu diga bdew jiehdu f'Malta.

3. Sessjonijiet ta informazzjoni u orjentament lill-istudenti li ser japplikaw ghall-korsijiet post sekondarji 1996-7.

3.1 Il-Guidance and Counselling Services tad-Divizjoni tal-Edukazzjoni,din is-sena wkoll, ser toffri kull ghajnuna lill-istudenti u lill-genituri taghhom fl-ghazla ta' kors post sekondarju.

i. sessjonijiet ta informazzjoni f'kull skola post-sekondarja. (vide Appendix II)

ii. servizzi ta "guidance and counselling li ser jinghata fil-Guidance and Counselling Services,1, St. Publius Str., Floriana.

iii. materjal informattiv (information pack) ser jintbaghat lil kull student li kien fil-Hames Klassi (Skola Sekondarja) jew klassijiet ekwivalenti kemm fl-iskejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti. Din l-"information pack" tinkludi:

a. prospectus bl-informazzjoni kollha fuq kull kors.

b. ittra mibghuta mill-Ministru tal-Edukazzjoni u Rizorsi Umani.

c. information brochures dwar:

- Paolino Vassallo Upper Lyceum, Paola.

- Junior College, Universita.

- Kwalifiki fid-dhul f'klassijiet l-Universita.

d. formola tal-applikazzjoni ghall-korsijiet fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni.

e. skeda ta' laqghat ta informazzjoni f'Skola jew stabbiliment post-sekondarji.

f. informazzjoni dwar dokumenti mehtiega mal-applikzzjoni.

4. It-tieni "Sejha ghal applikazzjonijiet"

4.1 Biex dejjem nghinu lill-istudenti jidhlu f'korsijiet post-sekondarji, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Rizorsi Umani haseb biex fl-ezamijiet tal-Matsec ikun hemm "resits" f'Settembru halli min jghaddi minn "resit" ikun eligibli ghad-dhul fil-kors f'Ottubru.

4.2 Ghalhekk fl-ahhar gimgha ta Settembru, i.e., wara l-pubblikazzjoni tar-rizultati ta "resit" ikun hemm t-tieni "sejha ghal applikazzjonijiet".

4.3 Il-Junior College (Universita') ma jkunx hemm tieni "sejha", izda jaccettaw "provisional applications" f'Awwissu 1996.

Appendix I

Fil-Budget 1996, l-Gvern ivvota dwar l-infiq rikorrenti (barra nfiq ohra, pe. pagi tal-ghalliema)

- Universita ta Malta Lm 7200 000

- Junior College Lm 1200 000

- Nautical School Trainees Allowance Scheme Lm 18 000

- Science Laboratory Technician Scheme Lm 20 000

- Extended Skills Training Scheme Lm 50 000

- Allowance Pupil Worker Scheme Lm 1106 000

- Technician Apprenticeship Scheme Lm 370 000

- Institute for Tourism Studies Lm 638 000

___________

Total Lm10 602 000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow