Left arrow Mur Lura

Wirja Fotografika f'Had-Dingli

pr1261
Date Icon 16/08/1996

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli ghaz-Zghazagh, Richard Muscat, fetah wirja ta' fotografija fid-Dar ta' l-Anzjani fi Triq il-Parrocca, Had-Dingli. Il-wirja, li se tibqa' miftuha sa nhar il-Hadd filghaxija, fiha tletin ritratt li ngibdu minn disa' fotografi, u saret b'rizultat ta' inizjattiva li ha l-Kunsill Lokali tal-post.

Ghall-ftuh tal-wirja kienu prezenti, fost ohrajn, is-Sindku ta' Had-Dingli, is-Sur Angelo Azzopardi, is-Segretarju tal-Kunsill, is-Sur Paul Saliba, u l-Kunsillieri kollha.

Qabel il-ftuh ufficjali tal-wirja, is-Segretarju Parlamentari ferah lill-Kunsill ta' Had-Dingli li kien imbarka fuq serje ta' inizjattivi li wrew kemm il-Kunsill hu sensibbli ghall-valuri umani u ekologici. "Il-wirja hi xhieda," qal is-Segretarju Parlamentari, "li l-Kunsill ta' Had-Dingli ghandu wkoll sensibbilta' kulturali li qed jipprova jifrex fost ir-residenti tal-lokalita'. Bil-mod il-mod, ir-residenti ta' Had-Dingli qeghdin isiru dejjem aktar konxji dwar dak li fil-hajja hu sabih. Ir-rahal hu mimli ideat, u tezisti hegga li l-ideat jitwettqu".

Is-Segretarju Parlamentari zied: "Din il-wirja ghandha sinifikat importanti. Hafna drabi ninsew li l-fotografija hi wkoll espressjoni ta' l-arti, bhalma huma l-pittura, l-iskultura u l-muzika." Hu kompla billi qal li l-fotografija hija mestier artistiku li biha l-memorja ssir immortali permezz ta' nies li ghandhom talent kreattiv.

Qabel inawgura ufficjalment il-wirja, is-Segretarju Parlamentari pprezenta t-trofej lir-rebbieha u certifikati lill-partecipanti kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow