Tigrijiet tradizzjonali ta' Santa Marija f'Ghawdex
Nhar il-Hamis, il-15 ta' Awissu, 1996, festa ta' Santa Marija, fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Ghawdex, saru t-tigrijiet tal-bhejjem li ghalihom attendew ghadd ta' dilettanti minn Malta u Ghawdex.
B'kollox kien hemm 23 korsa, bi tnejn minnhom ghac-Challenge Cup tat-trott u tnejn Open fuq id-dahar - wahda ta' Tunez u l-ohra tad-Demm. F'dawn it-tigrijiet, organizzati minn kumitat fi hdan is-Socjeta' Filarmonika Leone, hadu sehem bhejjem minn Malta u minn Ghawdex.
Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone attenda t-tigrijiet mill-Barrakka u qassam il-premjijiet lir-rebbieha li kienu jikkonsistu fi trofej kif ukoll f'paljijiet - drawwa li tmur lura ghal zmien il-kavallieri. Fl-antik, il-paljijiet kienu popolari hafna mad-dilettanti tat-tigrijiet f'dawn il-gzejjer.
Din id-drawwa kienet introdotta mill-gdid seba' snin ilu mill-Kumitat Organizzattiv fuq l-inizjattiva tal-Ministru ghal Ghawdex, wara l-assenza ta' madwar 40 sena.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901