Left arrow Go Back

Studenti Universitarji fuq censiment tat-traffiku fir-Rabat Ghawdex

pr1259
Date Icon 16/08/1996

Hamsin student ta' l-ewwel u t-tieni sena fl-Universita' illum u ghada 16 u 17 ta' Awissu qeghdin jaghmlu censiment tat-traffiku fir-Rabat, Ghawdex.

Dawn l-istudenti se jkunu fi 12-il post strategiku biex ikunu jistghu jiehdu l- volum ta' vetturi li jidhlu r-Rabat mid-diversi lokalitajiet ta' madwaru kif ukoll ta' dawk li johorgu mir-Rabat. Ic-censiment se jsir bejn is-7.00 a.m. u d-9.00 p.m.

L-iskop tac-censiment huwa li jaghti t-taghrif mehtieg biex it-traffiku jkun jista' jigi distribwit u regolat ahjar bil-ghan li jigu eliminati kongestjonijiet li jinholqu f'xi hinijiet f'certi toroq tar-Rabat. Ir-Rabat qieghed fic-centru tal-gzira u t-traffiku li jaqsam minn naha ghal ohra tal-gzira qed fil-prezent jghaddi prattikament kollu mit-toroq centrali tieghu. In-numru ta' vetturi f'Ghawdex illum kiber hafna u jlahhaq id-19,000.

Barra minn hekk mijiet ta' karozzi jaqsmu ta' kuljum minn Malta. Dan it-traffiku kollu beda johloq problemi fir-Rabat u l-Ministeru ghal Ghawdex, bil-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali tar-Rabat u Fontana, qed ihejji studju li l-Ministeru kkummissjona lill-espert tat-traffiku biex jara kif dawn il-problemi jigu eliminati.

Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex, iltaqa' ma' l-istudenti universitarji li se jiehdu sehem fic-censiment u wrihom l-apprezzament tieghu li huma qed jinvolvu ruhhom fil-hajja socjali u ekonomika tal-gzira u qed jghinu b'mod dirett u effettiv biex jissokta l-izvilupp sostenibbli tal-gzira.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow