Stqarrija tal-Onor. Censu Galea dwar progetti fl-Ghajn tal-Hasselin fl-Imsida
Fl-inhawi ta' l-Ghajn tal-Hasselin l-Imsida fil-present qed jinbnew 36 appartament gdid li mhux biss qed jiehdu post bini qadim li kien hemm fl-inhawi izda hu wkoll l-ewwel blokk minn tlett blokki li flimkien ser ikun fihom 84 appartament gdid.
Dawn it-tlett progetti flimkien huma wkoll indikazzjoni cara ta' kemm il-Gvern tal-gurnata jiehu bis-serjeta areas li fihom jista' jkun hemm problemi partikolari. Fil-fatt, filwaqt li llum il-Gvern qabad l-area u fassal fiha bini gdid u modern biex jissostitwixxi bini qadim, meta haddiehor fl-1982 ipprova jaghmel xi haga f'dawn l-inhawi dehrlu li kien bizzejjed jekk fil-bibien tad-djar jizdiedu xi zewg filati biex izommu l-ilma barra ghax haseb li dawk is-soluzzjonijiet iservu ghal dejjem. Hu evidenti li filwaqt li llum ghandna Gvern li qed jiehu bis-serjeta l-problema tal-housing, ghandna wkoll Oppozizzjoni li qed tittratta l-problema bl-iktar mod superficjali u li fl-ebda hin ma taghti ndikazzjoni cara ta' x'qed tipprova tghid.
Fil-fatt, kieku kellna Oppozizzjoni serja konna nisimghu bis-serjeta x'inhuma l-intenzjonijiet taghha. Konna nisimghu x'zieda ser ikun hemm ma' dak li qed isir illum biex dawk li ghadhom fil-bzonn illum ikunu jistghu jsolvu l-problemi taghhom ahjar. Dak li qed tghid l-Oppozizzjoni hu kollu kemm hu diga' mhaddem u pprattikat illum. L-ebda ammont ta' kliem ma jista' jichad dan. Ghall-kuntrarju iktar ma' l-Oppozizzjoni titkellem iktar qed jidher car kemm il-politika tal-Gvern prezenti hi iktar serja wkoll fil-qasam tal-housing. Filwaqt li l-Partit Laburista fil-Gvern kien qal li l-problema tal-housing hi wahda solvuta, f'postijiet bhal l-Imsida l-Gvern ma kien ghamel xejn minkejja li jidhirli fl-1987 dawn il-postijiet kienu diga' jezistu. Kien biss il-Gvern tal-lum li ha bis-serjeta l-problema ta' dawn l-inhawi bhalma kien wkoll dan il-Gvern li ha bis-serjeta l-istess problemi f'inhawi ohra.
Certament li filwaqt li l-Oppozizzjoni tghid hafna kliem, qatt ma hadet bis-serjeta l-problemi ta' nhawi bhal l-Imsida ghaliex kieku, zgur li ma kien ikun fadal hadd li joqghod f'dawn l-inhawi qabel l-1987. Kuntrarju ghal dan f'dawn l-ahhar disa' snin, diga' kien hemm numru sostazjali ta' familji li hargu minn dawn l-inhawi biex marru joqoghdu f'diversi nhawi moderni, kemm fl-Imsida stess kif ukoll f'areas ohra.
Mhux talli l-Partit Laburista fil-Gvern ma tax kaz ta' dawn il-problemi talli bejn l-1981 u l-1987 kien gie deciz li m'ghadx fadal bzonn li jinbnew postijiet godda, u minflok sar uzu iktar qawwi ta' propjeta rekwizizzjonata mill-privat. Fil-fatt, donnu li din il-politika ta' uzu ta' propjeta privata li tigi rekwizizzjonata ma ntesietx mill-Partit Laburista.
Dan jista' jinghad ghaliex l-ewwelnett il-Partit Laburista ivvota kontra t-tnehhija tal-poter tar-rekwizizzjoni fl-1995, l-istess bhalma vvota kontra t-tibdil fil-Ligi tal-Kera, fl-istess sena. Minbarra hekk meta l-Kap ta' l-Oppozizzjon kien qed izur l-inhawi ta' l-Imsida saret referenza ghall-fatt li fl-Imsida hemm 180 dar vojta. Din, mehuda fil-kuntest ta' dak li kien qed jinghad tista' tfisser biss li l-Partit Laburista fil-Gvern lest li juza din l-istess propjeta kif jidhirlu hu. Forsi b'hekk ikun qed jinvolvi l-privat bl-istess mod li l-privat gie nvolut fil-passat.
Il-poplu Malti kollu jaf li mijiet ta' persuni bbenefikaw minn skemi biex jigu rrangati djar tal-privat, bhalma jaf li dan il-Gvern ghandu politika serja f'dan il-qasam. Ghandu politika li permezz taghha jigu solvuti l-problemi, mhix politika biex permezz taghha jindaqqu trombi li jistonaw.
Il-partit Nazzjonalista fil-Gvern, konxju minn dawn il-problemi kien u ghadu qed jahdem fuq policies socjali serji, mhux kliem fieragh li meta taghsru, u tikkonfrontah ma' partijiet ohra tal-politika mhaddma mill-Gvern ifallu kompletament, bhal meta, l-Oppozizzjoni qed tghid li hu mehtieg li jigi mhares l-ambjent meta fl-istess hin qed jinghad li hafna iktar art ghandha tinghata ghall-bini.
Fil-fatt, biex din il-politika serja tigi mwettqa, din is-sena biss, diga' ntuzaw 9,000,000 lira Maltin mid-Dipartiment tad-Djar u l-Awtorita' tad-Djar. Altru minn politika tas-sulluzzu.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891