Stqarrija mill-Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Censu Galea
Iktar ma jghaddi z-zmien aktar qed jidher car li l-Partit Laburista xehet l-attenzjoni tieghu fuq politika ta' biza fis-settur agrikolu. Ghal darba ohra ikolli nghid li peress li fil-prezent il-problemi li qed jaffaccjaw il-bdiewa huma dawk ta' kif ser izidu l-produzzjoni u kif ser itejbu il-kwalita tal-prodott taghhom u dan ghall-gid taghhom infushom u tal-mara tad-dar Maltija wkoll, iktar il-Partit Laburista qed jipprova jdahhal flieles f'mohh il-bdiewa Maltin u dan biex jipprova jnessi l-gid li qed jirnexxilhom ikabbru.
Il-Partit Laburista li jibqa' maghruf fost il-bdiewa Maltin bhala dak il-Partit li mpona l-ghola prezz li bih seta jinbiegh il-prodott mill-pitkalija, illum qed jipprova jidher bhala li hu c-champion tal-bdiewa Maltin. Il-Partit Laburista li fis-snin ta' meta kien fil-Gvern jibqa' msemmi bhala l-Partit li flok investa fil-biedja u s-sajd Malti investa fi progetti li fallew qabel ma bdew bhalma kien il-progett ta' Izra u Rabbi, u dak tat-trawlers, illum qed jipprova jghid lill-bidwi Malti li hu ghandu ghalfejn jitwerwer mill-futur ghaliex meta Malta issir membru shih ta' l-Unjoni Ewropea, il-bidwi Malti ser jispicca fix-xejn. Il-Partit Laburista li meta kien fil-Gvern baghat il-Ministri tieghu biex jimpurtaw il-prodotti agrikoli b'irhis minn barra l-Pajjiz u ma rnexxielhomx jimpurtaw minn dawn il-prodotti qed jghid lill-bidwi Malti li ghandu ghalfejn jibza mill-futur. Lill-bidwi Malti l-Partit Laburista qed jghidlu li xoghlu u hobzu 'l quddiem ser jispiccaw fix-xejn.
Qed jipprova jaghmel dan ghal diversi ragunijiet.
L-ewwelnett il-Partit Laburista jaf li minkejja kollox, il-bidwi Malti jista' jiftahar mhux biss li zdiedlu d-dhul tieghu izda wkoll li zdiedlu d-dhul effettiv tieghu. Fiwaqt li hu minnu li l-ispejjez biex is-settur jimxi 'l quddiem zdiedu hekk ukoll zdied id-dhul ta' l-istess bdiewa. L-ikbar prova ta' dan tinsab fil-fatt li l-bidwi Malti llum qed juri nteress qawwi li jaghmel investimenti kbar fis-settur tieghu. F'dawn l-ahhar snin il-bidwi Malti rega fehem li l-investiment li jwettaq ghandu possibilta' li jirrendilu. Kien fi zmien l-amministrazzjoni prezenti li l-bidwi rega' rebah id-dritt tieghu li tant iggieled ghalih fis-snin tmenin, u cioe' id-dritt li jkun "is-suq li jsuq". Dan id-dritt kien intilef fiz-zmien il-Gvern Socjalista. U dan il-fatt kien gab skuntentizza qawwija fost il-bdiewa Maltin; kien wassal lis-settur biex kwazi jistaghgna ghal kollox.
Zgur mhux b'kumbinazzjoni li kien wara l-1987 li l-bdiewa Maltin bdew jinvestu fis-sistemi tad-'drip irrigation'. Zgur mhux b'kumbinazzjoni li wara l-1987 il-bdiewa Maltin bdew jinvestu fis-sistemi tat-'tunnels' f'pajjizna. Zgur mhux b'kumbinazzjoni li wara l-1987 il-bdiewa Maltin investew fis-serrer b'mod qawwi. Dan kollu wassal ghal zieda sostanzjali fil-produzzjoni.
Din iz-zieda ma tghoddx biss ghal dawk li huma hxejjex u frott. Tghodd ukoll ghal dawk li huma prodotti agrikoli ohra, bhall-halib, bhall-majjal u bhat-tigieg. Din iz-zieda fil-produzzjoni saret sforz l-investimenti li sehhew, u certament li l-ebda Gvern li bena mhux ser jaghmel xejn biex dak li nbena jinhatt. Ghall-kuntrarju l-Gvern tal-lum zied sewwa s-sehem tieghu biex jghin lil dan is-settur. Zid is-sehem tieghu b'ghajnuniet diretti u hafna ohrajn indiretti. U dawn l-ghajnuniet jikbru biss jistghu bid-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
L-atmosfera ta' fiducja fost il-bidwi Malti tinhass kull meta niltaqa' mieghu. Fil-fatt, sal-lum attendejt ghal kull laqgha li kont mistieden ghaliha. Dan ghamiltu ghaliex ridt u ghadni rrid li nkun naf direttament il-bidwi Malti kif jahsibha. Ridt u ghadni rrid li l-bidwi Malti jkun ukoll infurmat dwar kif hu jista' jkompli jmexxi lis-settur tieghu 'l quddiem. F'dan is-sens ic-cokon ta' pajjizna jista' jkun ta' vantagg ghas-settur. Ghandna wkoll l-ezempji ta' pajjizi ohra li huma diga membri ta' l-Unjoni Ewropea. F'dawn il-pajjizi, specjalment dawk li bhalna qeghdin fir-regjun tal-Mediterran, huma prova ta' kemm il-biedja tista' tizviluppa fi hdan l-Unjoni Ewropea. Minbarra hekk tajjeb li wiehed ifakkar li l-Unjoni Ewropea matul is-sena timporta kwantitajiet enormi ta' prodotti agrikoli biex tkun tista' taqdi l-htigijiet taghha.
Il-Partit Laburista ghandu wkoll hsieb iehor meta jitkellem dwar il-biza ta l-Unjoni Ewropea fuq is-settur agrikolu. Il-Partit Laburista jixtieq li l-bdiewa Maltin ma jitkellmux dwar il-programm tieghu. Dan il-programm jitkellem dwar li l-levies huma taxxa u li ghandhom jitnehhew. Dawn il-levies qeghdin hemm biex jipprotegu lill-bidwi Malti, u l-Partit Laburista qed jghid li dawn irid inehhihom minghajr ma jidhol fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess nifs il-Partit Laburista qed jghid ukoll li jrid jaghti aktar art ghall-bini. Dan jista' jsir biss billi aktar art agrikola tigi mehuda minn idejn il-bidwi Malti. Certament li jekk il-Partit Laburista jahseb li jista' jidhaq bil-bidwi b'dan il-mod sejjer zball. Il-bidwi Malti diga ghandu l-esperjenza tal-passat fejn eluf ta' tmiem ta' art agrikola ittiehditlu mill-istess gvern biex spiccat mibnija.
Minbarra hekk, id-daghdija tal-Partit Laburista biex jghid li f'dan is-settur m'hemm l-ebda futur, il-kelliema tieghu jew jinsew il-verita, inkella ma jinteressahomx minnha. Dan ghaliex kieku kien mod iehor zgur li ma kinitx tizzeffen fin-nofs l-amministrazzjoni tal-pitkalija mal-kaxxi uzati mill-istess bdiewa. L-uniku indhil li ghandu l-Gvern fl-amministrazzjoni tal-kaxxi hu dak ta' ghajnuna lill-bdiewa. Il-kumpanija "Crates Ltd.", li tamministra l-kaxxi m'ghandha l-ebda interess tal-Gvern. Ghall-kuntrarju huma l-bdiewa flimkien mal-pitkala li jmexxu l-kaxxi. Jekk l-oppozizzjoni ghandha xi dubju dwar dan tista' tivverifika ghall-affari taghha.
Fl-ahharnett, il-bidwi Malti jista' jibqa' cert li bhal dejjem il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ghandu kull interess mhux biss li jghin lil dan is-settur, izda wkoll li dan is-settur ikompli jikber. Dan jista' jsir biss billi jkompli jsehh iktar investiment fih, u wkoll billi s-settur ikompli jsir dejjem aktar efficjenti. M'hemmx dubju li dak li sar sal-lum huwa bazi tajba ghall-futur ahjar; futur fejn il-Gvern verament jemmen li dan is-settur jista' jikber u jirrendi u mhux fejn il-Gvern jindahal fil-kontroll tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901