Left arrow Go Back

Nefqa ta' miljun u kwart fuq l-Isports f'Ghawdex

pr1239
Date Icon 12/08/1996

"Il-Gvern prezenti jaghti importanza kbira lill-qasam sportiv. Din l-importanza tohrog bl-iktar mod car mill-fatt li mill-1988 sa l-1996, in-nefqa kapitali tal-Ministeru ghal Ghawdex fuq impjanti sportivi se tkun lahqet mal-miljun u kwart liri Maltin". Dan qalu Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex, meta kien qed jitkellem waqt il-Prezentazzjoni Annwali ta' l-Unuri ta' l-Istagun 1995/96 tal-'Gozo Football Association'.

Parti sostanzjali minn din in-nefqa marret ghall-bini ta' facilitajiet godda u titjib ta' facilitajiet ohra tal-football, l-iktar sport popolari tal-gzira. Fost progetti u xoghlijiet ohra, il-Ministru Tabone semma l-kisi tal-pitch bit-turf tal-'Gozo Stadium' li zdidulu wkoll il-facilitajiet u sarlu t-titjib mehtieg biex fih illum jistghu jsiru wkoll loghob kompetittiv tal-G.F.A. Saru wkoll xoghlijiet fil-grounds ta' diversi lokalitajiet f'Ghawdex biex l-isportivi tal-lokal ikollhom facilitajiet ahjar biex jipprattikaw l-isport taghhom.

F'din l-okkazzjoni ssemmew ukoll id-diversi 'management agreements' li saru mill-Ministeru mal-'Gozo Football Association' u clubs affiljati maghha dwar facilitajiet sportivi liema ftehim ukoll qed jghinu l-izvilupp ta' l-isports f'Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow