Is-Segretarju Parlamentari Richard Muscat izur Gnien il-Bniet, f'Had-Dingli
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli ghaz-zghazagh, Richard Muscat, zar iz-zona maghrufa bhala "Gnien il-Bniet" f'Had-Dingli fejn ghadhom kif inkixfu ghar u nixxiegha li l-access ghalihom kien ghal zmien twil maghluq. Ix-xoghol sar wara inizjattiva li ha l-Kunsill Lokali ta' Had-Dingli li ghaliha wiegbu z-zghazagh membri ta' l-ghaqdiet kollha li joperaw fil-komunita' tal-lokalita'.
Is-Segretarju Parlamentari ferah liz-zaghzagh Dinglin ghax-xoghol li wettqu u ghall-impenn li hadu ghall-gid tal-komunita'. Hu qal li Had-Dingli ta prova li meta z-zghazagh idahhlu f'rashom li jilhqu ghan, ghandhom id-determinazzjoni shiha li jaslu sa l-ahhar. "Jidher car li f'Had-Dingli," qal is-Segretarju Parlamentari, "tezisti kuxjenza favur il-harsien tal-patrimonju Malti. Imma tezisti wkoll ir-rieda soda li l-patrimonju mohbi jinkixef biex dan ukoll jitgawda mill-Maltin".
Is-sit fejn inkixef l-ghar kien mitluq u l-access ghalih sar possibli billi l-Kunsill Lokali ha l-mizuri mehtiega biex jitwaqqa' cint li kien qed jifred is-sit mit-triq. Is-sejba ricenti tinkludi nixxiegha li antikament kienet tintuza ghall-hasil tal-hwejjeg min-nisa tal-lokalita'. Dwar l-ghar u n-nixxiegha mistennija ssir ricerka minn studenta zaghzugha minn Had-Dingli stess. "Fid-dawl ta' din ir-ricerka", qal is-Segretarju Parlamentari liz-zghazagh Dinglin, "intom ghad tikbru u tirrakkuntaw x'ghamiltu f'dan is-sit. Jien illum infahharkom ghal dak li wettaqtu; pajjizna ghad isellmilkom u jirringrazzjakom.
Is-Segretarju Parlamentari wera t-tama li l-opra mibnija miz-zghazagh ta' Had-Dingli tara it-tmiem taghha minn min ghandu interess li n-natura f'pajjizna tisbieh u tistaghna.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901