Left arrow Mur Lura

Centru ta' distribuzzjoni gdid ta' l-Enemalta f'Kemmuna

pr1226
Date Icon 08/08/1996

L-Onorevoli Ninu Zammit, Segretarju Parlamentari responsabbli ghall-Ilma u l-Energija ta taghrif dwar ix-xoghol li jinsab ghaddej bhalissa fuq id-Distribution Centre li qieghed jinbena gewwa Kemmuna. Huwa qal li sal-1987 l-elettriku ghal Ghawdex u Kemmuna kien jigi mwassal permezz tas-sistema tal-11kV b'zewg cables li kienu gew stallati fl-1958 u cable tat-33kV li gie stallat fl-1981 u thaddem ghall-ewwel bl-11kV.

Peress li l-cables il-qodma kienu ta` spiss jizviluppaw hsarat u peress li d-domanda ghall-elettriku ghal Ghawdex kienet qed tizdied gmielha sar pjan biex is-sistema tat-33kV tigi estiza bejn il-Mellieha u Ghawdex. Ghal dan il-ghan fl-1987 tlestew linji godda tat-33kV bejn il-Mellieha u l-Marfa fejn saret switchroom, gie stallat submarine cable iehor tat-33kV ghal Ghawdex u fil-Qala Ghawdex tlesta Centru tad-Distribuzzjoni tat-33kV, u z-zewg cables tal-11kV tal-1958 thallew jintuzaw biss biex jissupplixxu Kemmuna fejn hemm lukanda, pompi ta' l-ilma u drenagg, il-pig farm u xi abitazzjonijiet.

Ghalkemm il-hsarat f'dawn il-cables qodma saru inqas frekwenti minhabba li kien naqas il-kurrent, xi hsarat baqghu jizviluppaw. Ghar-ragunijiet ta` reliability ahjar fis-supply, kif ukoll sabiex tigi evitata kemm jista` jkun din l-ispiza zejda fuq il-manutenzjoni ta` cables antiki, sar pjan biex isir Centru ta` Distribuzzjoni fuq Kemmuna li jigi mqabbad mal-cables tat-33kV li ghaddejjin minn Kemmuna, u s-sistema tal-11kV ta` Kemmuna tigi mqabbda ma' dan ic-centru.

Il-post tac-Centru ntghazel wara diskussjonijiet fit-tul mal-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex waqt li min-naha wahda l-posizzjoni tac-Centru tkun adekwata ghas-sistema ta' l-elettriku, min-naha l-ohra l-bini ma jaghmilx hsara lill-ambjent naturali ta` Kemmuna. Fil-fatt ic-Centru nbena f'post fejn kien hemm barriera qadima.

Ix-xoghol tal-bini nbeda s-sena l-ohra meta gie wkoll ordnat l-apparat li kien hemm bzonn, bhal switchboard tat-33kV u zewg transformers tas-6.3MVA li kull wiehed minnhom huwa bizzejjed biex jaqdi l-bzonnijiet prezenti ta` Kemmuna u wkoll xi bzonnijiet li jista` jkun hemm fil-futur. Huwa mahsub li c-Centru l-gdid jithaddem lejn l-ahhar tas-sajf.

Vantagg iehor li ser johloq dan ic-Centru jikkoncerna l-flessibilita` fl-operazzjoni taz-zewg cablestat-33kV meta jkun hemm xi hsarat fuqhom. Dan kollu ser jissarraf fi provvista ahjar ghal Kemmuna u Ghawdex. L-investiment totali fuq l-installar u l-bini ta` dan id-Distribution Centre ta` Kemmuna huwa ta` madwar Lm330,000.

Ta` min wiehed isemmi wkoll li f'Mejju, z-zewg transformers tal-15MVA li servew il-htigijiet ta` Ghawdex mil-1987 inbiddlu ma' tnejn tat-30MVA peress li d-domanda ta` Ghawdex issa lahqet it-18MVA u ghalhekk transformer wiehed ma kienx ikun bizzejjed jekk l-iehor ikun bil-hsara. L-Enemalta ghandha wkoll il-hsieb li tibdel is-switchboard tal-11kV tac-Centru tad-Distribuzzjoni tal-Qala u testendi dik tat-33kV bi preparazzjoni biex fis-snin li gejjin jigi stallat it-tielet submarine cabletat-33kV bejn Malta u Ghawdex.

Dan ix-xoghol flimkien ma' xoghol iehor tal-espansjoni tas-sistema tat-trasmissjoni tal-132kV bejn il-Marsa u l-Mosta u xoghol fuq cirkwiti godda tat-33kV li qed isiru bhalissa bejn il-Mosta u l-Mellieha u bejn il-Mellieha u l-Marfa ghandhom issahhu ferm is-sistema ta' l-elettriku fil-Majjistral ta` Malta u Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow