Stqarrija dwar il-garr ta' Petrol u Gass lejn Ghawdex
Wara intervent ta' l-Agent Ministru ghal Ghawdex, l-Onor.Michael Frendo, u inizjattiva tal-Ministru ghall-Ambjent, l-Onor. Francis Zammit Dimech saret laqgha bejn il-partijiet koncernati mmexxija minn ufficjali mill-Ministeru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija u mill-Ministeru ghal Ghawdex u fiha ntlahaq ftehim biex il-petrol, diesel u l-gass ikun jista' jigi trasportat lejn Ghawdex b'mod regolari.
Filwaqt li l-bierah il-Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant kien mitluf jara x'se jivvinta biex jghajjar lill-Ministru Michael Frendo, kienet qed issir hidma li tat il-frott biex il-problema tkun solvuta. Jidher car li Dr Alfred Sant anqas biss indenja ruhu jara u jiccekkja l-fatti qabel hareg jattakka bl-addocc lill-Ministru.
F'din il-kwistjoni kien hemm nuqqas ta' qbil bejn il-kumpanija Gozo Channel u l-haddiema taghha dwar il-garr ta' fuel lejn Ghawdex u d-distributuri tal-petrol u l-gass f'Ghawdex.
Meta kien infurmat b'dan, il-Ministru Frendo, bhala Agent Ministru ghal Ghawdex ha r-responsabbilta' li jassigura li f'Ghawdex ikun hemm provvista tajba ta' petrol u gass biex jekk it-tahditiet idumu sejrin, il-gzira Ghawdxija ma tispiccax minghajrhom u tinholoq krizi.
Sadattant wara laqgha li saret minn ufficjali gholja tal-Ministeru ghat-Trasport u tal-Ministeru ghal Ghawdex, id-distributuri u l-kumpanija Gozo Channel lahqu ftehim bejniethom biex il-garr ta' dawn il-prodotti jitkompla bhal qabel.
Dan kollu juri li mhux talli l-Ministru Frendo, kif akkuzah Dr Alfred Sant, ma harabx mir-responsabbilta' politika tieghu anzi assumiha bis-shih biex jassigura li ma jkunx hemm problemi ghall-poplu Ghawdxi.
Issa jidher car li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni ma jistax igerrah il-fatt li l-Ministru Frendo rnexxielu jsolvi wkoll din il-problema u ghadu qed jinsisti li jitfa' fuqu responsabbilta ghall-kumpannija li ma taqax taht il-Ministeru tieghu avolja l-kwistjoni issa hi solvuta. Hu car li Dr Alfred Sant ma jafx x'inhuma r-responsabbiltajiet tad-diversi Ministeri tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901