Left arrow Mur Lura

Stqarrija dwar il-hidma fuq it-toroq arterjali

pr1221
Date Icon 07/08/1996

Id-Dipartiment tat-Toroq bhalissa ghaddej bi programm ta' hidma intensiva biex isewwi jew jibni mill-gdid it-toroq arterjali u distributorji. Dan qed isir skond programm li tfassal apposta wara li fil-Budget li ghadda kienet ivvutata s-somma ta' Lm2 miljuni ghall-programm ta' restawr tat-toroq.

Il-pjan tfassal wara li d-Dipartiment tat-Toroq ra l-htigijiet kollha u kif seta' jsir ix-xoghol bl-akbar efficjenza u bl-inqas inkonvenjent possibbli lill-pubbliku.

Bhalissa qed isir xoghol fit-toroq arterjali li jwasslu minn St. Andrews sa l-ajruport, mill-inhawi tal-Freeport u Birzebbugia lejn l-ajruport u mill-Belt lejn l-ajruport. Dan ix-xoghol inbeda mit-tliet postijiet imsemmija u mbaghad jinghaqad flimkien fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa fejn id-Dipartiment tat-Toroq qed jistenna l-permessi mehtiega mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ikun jista' jaghmel ix-xoghol fiha u hemm il-hsieb ukoll li din it-triq titwessa. F'hafna minn dawn it-toroq qed isir ukoll xoghol ta' twahhil ta' Traffic jew Pelican Lights barra minn sinjali ohra tat-traffiku.

Barra minn dan qed isir ukoll xoghol fit-triq li mill-Imsida tiehu lejn il-Belt u xoghol iehor fil-By-Pass ta' Birkirkara li se jibqa' sejjer sal-Mosta. Sadattant il-Kunsilli Lokali tal-Mosta u n-Naxxar qed jaghmlu xoghlijiet huma biex wara d-Dipartiment tat-Toroq ikun jista' jkompli x-xoghol ippjanat.

Sadattant id-Dipartiment tat-Toroq qed jaghmel xoghol f'toroq privati fil-lokalitajiet li sal-lum kienu ghadhom qatt ma nghataw tarmac kif ukoll xoghol f'diversi Housing Estates.

Fost il-lokalitajiet li fihom qed isir xoghol f'zoni residenzjali hemm Had-Dingli li dwaru il-mexxej Socjalista qed jikkritika lill-Ministru Michael Frendo. Il-pjan tax-xoghol li tfassal ghal Had-Dingli hu mifrux f'erba' fazijiet li l-ewwel wahda minnhom diga bdiet billi qed jitnehhew trakkijiet ta' debris li thalla jakkumula min-nies li bnew id-djar taghhom fl-inhawi.

Wara li jitnehha dan id-debris, kif diga kien spjegat lir-residenti, se jsir xoghol biex it-toroq ikunu livellati u jipprovdu access ahjar ghar-residenti. Sadattant il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma se tkun mitluba tassigura provvista permanenti ta' l-ilma flok dik temporanja li hemm bhalissa biex eventwalment ikun jista' jsir ix-xoghol tat-tarmac.

Bl-istqarrija li hareg il-bierah dwar dawn ix-xoghlijiet, il-Mexxej Socjalista rega' wera atteggjament immatur li juri l-konfuzjoni li ghandu.

Fil-kritika bla bazi tieghu lill-Ministru Frendo, il-Kap Socjalista qed jattribwixxi lill-Gvern prezenti in-nuqqasijiet tal-Gvern Socjalista li kien bena zoni residenzjali bla ma lesta t-toroq taghhom kif fil-fatt ghamel f'Hal Qormi u z-Zejtun kif ukoll f'Had-Dingli.

Fil-fatt l-ewwel fazi tal-Home Ownership Scheme f'Had-Dingli bdiet f'Marzu tal-1979, it-tieni fazi f'Mejju tal-1982, l-ewwel parti tat-tielet fazi f'Ottubru tal-1985 u t-tieni parti tat-tielet fazi f'Settembru tal-1989. Kif wiehed jista' jara l-ewwel tliet dati kienu kollha fi zmien il-Gvern Socjalista li qatt ma haseb biex jirranga t-toroq ta' din iz-zona residenzjali.

In-nuqqasijiet tal-Gvern Socjalista li Dr Alfred Sant stess qed jikkritika, issa qed jirrangahom dan il-Gvern bil-hidma bla waqfien tad-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija.

Ghalhekk il-kritika infundata ta' Dr Alfred Sant dwar dan is-suggett tkompli turi l-konfuzjoni li ghandu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow