Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici

pr1215
Date Icon 06/08/1996

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Professur Josef Bonnici jiddeplora l-atteggjament tal-Kap Socjalista u Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant, li f'diskussjoni politika li kellu l-Hadd li ghadda gewwa r-Rabat, ghazel li jkompli bil-kampanja qarrieqa billi din id-darba attakka lill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici nnifsu, lill-Assocjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti Maltin (MHRA) u lill- Federazzjoni ta' l-Industrija (FOI).

Jidher car li Dr. Sant, kontra dak li stqarr drabi ohra, m'ghandux fiducja fil-MHRA u l-FOI, ghaliex wara li ltaqa' u ddjaloga maghhom, issa hareg jiddikjara li ma jghidux il-verita'. Minbarra li ta x'jifhem li l-MHRA mhux qed tghid il-verita' rigward il-qaghda tat-turizmu, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni allega li l-FOI m'hiex tghid il-verita' kollha rigward l-industrija f'pajjizna.

"Din hija prova ohra ta' kemm l-argumenti ta' l-Oppozizzjoni jinbidlu skond ir-riti tal-gurnata", jghid il-Ministru Josef Bonnici.

Tajjeb li wiehed jinnota li meta l-importazzjoni minn barra kienet tieghla, l-Oppozizzjoni kienet dejjem tghajjat bi krizi fil-bilanc tal-pagamenti u li r-rizervi tal-Bank Centrali kienu mhedda. Fil-fatt, kien jidher car, sa minn dak iz-zmien li wara li gie illiberalizzat il-kummerc u l-poplu ma kellux ghalfejn joqghod imur Sqallija biex jinqeda bl-affarijiet essenzjali, l-ekonomija kienet qieghda taggusta ruhha ghall kummerc hieles. Issa li l-importazzjoni qieghda tistabilizza ruhha f'livell li xorta hu ferm oghla minn qabel ma tnehhew id-dazji, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni u s-segwaci tieghu qed jghidu li hawn krizi ghax l-importazzjoni m'ghadiex tieghla sparata 'l fuq. F'dan ix-xenarju mpitter bi stil politiku partiggjan, il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jassigura li l-verita' hi li m'hawn krizi xejn.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jixtieq jiehu l-opportunita biex jikkoregi l-impressjoni hazina li seta' ta l-Kap ta' l-Oppozizzjoni billi jikkwota l-fatti u mhux jinqeda bi kwalunkwe sitwazzjoni ghall-fini politici. L-importazzjoni ta' l-affarijiet ghall-konsum telghet b'29.7% bejn l-1994 u l-1995. Li gara hu li fl-ewwel hames xhur tal-1996, il-livell tal-konsum importat naqas b'1.1%, izda xorta ghadu 44.7% oghla mill-ewwel hames xhur tal-1994.

"Jekk din hija krizi, allura x'kienet dik fi zminijiet ohra meta l-istess Dr. Alfred Sant kien imexxi l-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp (MDC) u f'temp ta' ftit aktar minn sena kienu ntilfu ma l-4,000 impieg fis-settur tal-manifattura?" jistaqsi l-Ministru Josef Bonnici.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jiddeskrivi dak li ntqal il-Hadd li ghadda mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni bhala tentattiv iehor biex tinholoq atmosfera ta' krizi fil-pajjiz. Dan mhux il-kaz, ghaliex kif jista' jhoss u josserva kulhadd, il-pajjiz jinsab ghaddej b'rittmu ekonomiku tajjeb hafna, kif jixhdu d-diversi organizzazzjonijiet awtonomi u fuq kollox ir-rata tal-qghad li kull ma tmur qed tisfa fix-xejn

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow