Left arrow Go Back

Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari L-Onor. Louis Deguara bi twegiba ghall-istqarrija mahruga mill-kelliema laburisti fil-5.8.96

pr1214
Date Icon 06/08/1996

Fi stqarrija mahruga taht il-firma ta' Prof. Edwin Grech u Dr. Louis Buhagiar intqal li "Dr. Deguara naqas li jassigura l-poplu, li l-Gvern behsiebu jniedi programm nazzjonali ta` screening biex b'hekk in-nisa Maltin u Ghawdxin jistghu jgawdu minn dan l-avvanz tax-xjenza medika".

Fil-fatt in-nisa Maltin u Ghawdxin se jibdew igawdu minn dan l-avvanz billi l-unit sofistikat tal-mammografija jista` jikxef tumuri zghar anke ta` 5mm u interventi jistghu jsiru bi precizjoni ta` millimetru b'doza anqas ta` radjazzoni.

Deherilna li jkun ahjar jekk ghall-bidu nigdmu dak li nistghu nomoghdu, nitghallmu nimxu qabel nigru. Ghalhekk l-ewwel priorita` ghandha tkun diretta lejn dawk in-nisa li ghandhom l-ikbar riskju li jizviluppaw il-kancer fis-sider. Zgur li issa ghandna l-apparat u nukleu ta` nies mharrga biex dan naghmluh u nkunu f'pozizzjoni li nikkonsolidaw qabel ma nkomplu nespandu minghajr evidenza xjentifika applikabbli ghac-cirkostanzi ta` Malta. Dan l-ahhar investiment ikompli jseddaq it-titjib sostanzjali li sar f'dawn l-ahhar snin fil-kura tal-kancer. Nispera li z-zewg kelliema jkunu maturi bizzejjed li meta jsir avvanz ihossuhom kburin u mhux jeqirdu kemm baqa` xi jsir.

Fil-kaz tal-Hotel Services, mhux talli ma qtajniex qalbna milli nirrangawhom, izda l-mizuri li hadna ga bdew jaghtu l-frott, kif tixhed is-sistema gdida tal-bjankerija li diga` nfirxet f'disa` swali u dik ta` l-ikel fis-sala ta` l-Ortopedija li behsiebna nifirxu ma' l-isptar kollu wara li nimmonitorjawha u nevalwawha. Mill-evalwazzjoni li saret s'issa jidher car li f'dan il-qasam qed nisbqu l-aspettativi tal-klijenti.

Li kieku kellhom daqsxejn sens ta` tmexxija l-kelliema Laburisti kienu jifhmu kemm hu izjed facli li ddahhal sistemi mill-ewwel milli tbiddel dak li ghandek. Hekk se jigri meta jiftah l-isptar il-gdid.

Din m'hijiex kwistjoni ta' investiment izda bidla fil-mentalita` fil-livelli kollha. Din tiehu certu zmien izda qieghda ssehh. Sptar pubbliku qatt ma jista` jahdem bhal sptar privat. L-awtonomija tista` ssolvi xi whud minn dawn id-differenzi. Ghalhekk wara li tpoggew il-pedamenti qed nahdmu attivament biex l-isptarijiet isiru awtonomi.

Ma kienux responsabbli ghal darb'ohra l-kelliema Socjalisti meta qalu ".....li fl-ahhar gimgha kellhom jithassru l-operazzjonijiet kollha fid-Dipartiment tal-Ginekologija".

Il- verita` hi li thassru biss l-operazzjonijiet minuri nhar it-Tlieta 30 ta` Lulju, meta nqalghu numru mhux mistenni ta` emergenzi.

Dawk il-pazjenti li l-kaz taghhom ma kienx urgenti nghataw appuntament fi zmien hmistax wara li nghataw spjegazzjoni u apologija mill-Customer Care Service.

Ta` min jistaqsi jekk dawn l-allegazzjonijiet mhux responsabbli u neqsin mill-verita` jirriflettux il-mod 'modern u serju' ta` tmexxija 'gdida' Laburista.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow