Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija

pr1211
Date Icon 05/08/1996

Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr. Alfred Sant fi tmiem il-gimgha li ghaddiet kompla bil-kampanja immirata biex taghti stampa qarrieqa tax-xoghol li qed isir fil-pajjiz bl-iskop uniku li fil-kilba ghal poter, jippruva jiggranfa ma' kollox.

Nhar il-Hadd li ghadda l-Mexxej Socjalista kien qed jitkellem fir-Rabat u skond ma kien rappurtat minn "l-Orizzont" u fi tliet okkazzjonijiet differenti irrefera ghall-Ministru Michael Frendo u akkuzah b'numru ta' affarijiet konnessi mal-hidma ministerjali tieghu.

It-toroq f'Had-Dingli

Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni qal li dan l-ahhar mar Had-Dingli u zar il-qasam tad-djar u baqa' skantat kif qasam li fih jghixu 140 familja kien f'dizastru shih b'nuqqas ta' dawl, hmieg u toroq imharbta. Qal li meta sar maghruf li hu kien se jmur flimkien mar-residenti biex jipprotestaw, il-Ministeru responsabbli baghtu n-nies biex inaddfu.

Il-fatti huma li f'dan il-qasam tad-djar ghadu qed isir zvilupp kontinwu. Hafna kuntratturi li ghamlu u ghadhom qed jaghmlu xoghol f'din iz-zona, meta hammlu s-siti li bnew fuqhom, il-materjal zejjed li nehhew flok li ddisponew minnu kif suppost, telquh fil-pjazza ta' din iz-zona ta' djar u dan baqa' jakkumula.

Id-Dipartiment tat-Toroq fil-fatt kien qabbad kuntrattur biex inehhi dan il-materjal u jnaddaf l-inhawi. Jidher car li din l-informazzjoni waslet ghand xi hadd li pprova jorganizza protesta bis-sehem ta' Dr. Alfred Sant qabel jibda x-xoghol, biex il-mertu ghal dak li qed isir jiehdu l-Kap ta' l-Oppozizzjoni. Din il-protesta kienet organizzata ghal nhar is-Sibt li ghadda.

Izda, qabel saret din l-protesta, il-kuntrattur kien diga' beda l-hidma tieghu ta' tindif. Ir-residenti ta' l-inhawi setghu jaraw dan b'ghajnejhom stess u ghalhekk meta saret is-suppost protesta, Dr. Alfred Sant kien akkumpanjat biss mis-Sindku tar-rahal u sitt persuni ohra, kif deher mir-ritratti mxandra fil-gurnali ta' nhar il-Hadd.

Nhar il-Hamis li ghadda, id-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq, il-Ministru Louis Galea u Kunsillier minn Had-Dingli marru jkellmu lir-residenti biex jispjegawlhom ix-xoghol li hemm bzonn isir u kif se jkunu mqassma l-fazijiet tal-progett.

Xoghol fit-Toroq

Dr. Alfred Sant irrefera wkoll "ghall-hrug ta' kuntratti li saru dan l-ahhar biex diversi toroq principali f'Malta jinghataw it-tarmac u sahaq li dan qed isir b'nuqqas ta' kontroll. Qal li kif inghataw il-kuntratti, hawn kunfizjoni shiha fejn minn kull fejn tghaddi tara trakkijiet bit-tarmac u talab spjegazzjoni pubblika dwar kif qed jinghataw il-kuntratti".

Jidher car li l-hidma kbira li qed issir mid-Dipartiment tat-Toroq biex jinghata t-tarmac f'diversi toroq ewlenin qed idejjaq bis-shih lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni li issa hu evidenti li jinsab fi stat ta' konfuzjoni.

Mhux veru li dan l-ahhar hargu kuntratti ghal dan ix-xoghol. Ix-xoghol mid-Dipartiment tat-Toroq ghadu qed jinghata lill-kuntratturi kollha li lesti jaghmlu dan ix-xoghol u li kienu appuntati ghal dan ix-xoghol fl-1993, wara sejha ghall-offerta li kienet saret dakinhar.

Maghhom zdiedu xi kuntratturi godda li applikaw biex jaghmlu xoghol simili - wara avviz li hareg ricentement mid-Direttur tal-Kuntratti - u li d-Dipartiment tat-Toroq hu konvint li jistghu jaghmlu dan ix-xoghol.

Id-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija ilu jinsisti hafna biex jibda dan il-programm ta' xoghlijiet u issa, billi l-kundizzjonijiet tat-temp jippermettu, hu zmien ideali biex isir xoghol fit-toroq. Il-programm ta' xoghol hu mifrux fuq diversi nhawi ta' Malta, partikolarment toroq arterjali u distributorji.

Ta' min jinnota li sa ftit jiem ilu Dr. Alfred Sant kien qed jakkuza lill-Ministru Frendo li qed jaghmel tarmac biss fit-toroq tad-distretti tieghu u issa jammetti li "minn kull fejn tghaddi tara t-trakkijiet tat-tarmac".

Ghall-informazzjoni ta' Alfred Sant u min hu nteressat, il-kuntratturi li qed jaghmlu xoghol ghad-Dipartiment tat-Toroq wara s-sejha ghall-offerti ta' l-1993 huma:

Bitmac Ltd., Asfaltar Ltd., Polidano Bros. Ltd., A. Schembri & Sons, C. Vella Ltd., P. Agius & Sons Ltd., J. Vella & Sons Ltd., Rite Mix Ltd., Power Cut Ltd., Bonnici Bros Ltd., J. Ghigo Ltd., u f'Ghawdex Rotziv Ltd., u C&F Building Contractors.

Ma dawn il-kuntratturi s-sena li ghaddiet zdiedu ukoll G.V. Xuereb Ltd., Mambros Ltd., Schembri Bros. Ltd., u CPJ Tarmac Ltd., u f'Ghawdex zdiedu Gatt Developments Ltd., Gatt Asphalting Ltd., u Road Construction Ltd.

Petrol f'Ghawdex

Dr. Alfred Sant ikkritika wkoll l-intervent tal-Ministru Frendo biex kienet solvuta - almenu b'mod temporanju - il-problema biex Ghawdex ma jispiccax bla petrol u diesel.

B'injoranza li ma tistennix minn min jippretendi li ghandu jkun fdat bit-tmexxija tal-pajjiz f'idejh jew b'gidba biex jipprova jiggustifika l-kritika fjakka tieghu, l-Mexxej Socjalista qal li l-Ministru Frendo hu responsabbli ghal Gozo Channel. Dan mhux veru. Ir-responsabbilta' ghal din il-kumpannija hi tal-Ministru tal-Finanzi.

Il-Ministru Frendo li bhalissa hu Agent Ministru ghal Ghawdex qeda dmiru kif dejjem ghamel u meta kien infurmat bil-problema - intervjena biex isolviha u jassigura li l-poplu Ghawdxi ma jibqax bla petrol u b'hekk kienet evitata krizi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow