Esportazzjoni ta' patata ta' Malta
B'riferenza ghall-istqarrija tal-kelliem ewlieni fuq l-Agrikoltura u Sajd tal-Opposizzjoni safejn jirrigwarda l-esportazjoni tal-patata, l-Agricultural Export Marketing Board jixtieq jigbed l-attenzjoni ghal dawn il-fatti:-
Il-Board ghandu f'idejh kuntratt ghall-perjodu ta' tlett snin li beda minn din is-sena, ma' Ditti Olandizi li jiggarantixxu prezz minimu ta' NLG 26.25 kull xkora ta' 25 kilo C&F Olanda ghal 5000 tunellata patata tal-varjetà Alpha. Dan il-kuntratt sar wara sejha ghall-offerti.
Din is-sena il-patata tal-varjeta Alpha nbieghed bi prezz medju ta' NLG 30.25 kull xkora ta' 25 kilo, li wara li tnaqqsu l-ispejjez tal-hatt, insurance, storage u kummissjoni tal-importatur wassal biex il-Board jircievi prezz medju ta' NLG 26.75 kull xkora, li huwa oghla mill-prezz minimu garantit. Minn dan il-prezz riedu jitnaqqsu l-ispejjez li jsiru minn Malta li jinkludu, nollijiet tal-vapuri, tghabija fuq il-vapuri, spejjez tal-grading u xkejjer.
Filwaqt li l-varjetajiet l-ohra nbieghu bi prezz medju ta' NLG 14.69 kull xkora ta' 25 kilo li wara li tnaqqsu l-ispejjez, il-Board ircieva prezz medju ta' NLG 11.79 kull xkora. B'konsultazzjoni bejn il-membri tal-Board gie deciz li l-prezz tal-varjetajiet li ma kienux Alpha jithallsu bi prezz ta' Lm 10 il-qantar ghal dik li giet accettata sat-2 ta' Mejju u Lm 8 ghal dik ta' wara, u mhux kif gie rrappurtat fl-istqarrija. B'hekk il-bdiewa nghataw prezz oghla minn dak li fil-fatt gabet fis-suq Olandiz. Dan il-prezz jipparaguna tajjeb ma dawk tas-suq lokali. Li kieku din il-patata ma gietx imsiefra, il-prezz tal-patata fis-suq lokali kien jonqos sostanzjalment.
Dan kollu jfisser li l-patata tal-varjeta Alpha minn Malta iggib prezz hafna ahjar mill-varjetajiet l-ohra. Ghal daqs tant il-Board deherlu li l-prezz tal-Alpha jinzamm fuq l-istess livell ta' dak tas-sena l-ohra, li kien wiehed rekord, jigifieri Lm 14 il-qantar ghall-Alpha li kienet accettata sat-2 ta' Mejju u Lm 13 il-qantar ghal dik ta' wara.
Fl-istess waqt il-Board haseb li jzomm id-differenza bejn il-prezz ghall-varjeta Alpha u ghal dak tal-varjetajiet l-ohra sabiex il-bidwi jipproduci patata tal-varjeta Alpha lejn l-Olanda. Dan minhabba l-fatt li s-suq Olandiz jitlob din il-varjeta.
Dan ir-rizultat inkiseb, minkejja li fis-suq Olandiz kien hemm kwantita kbira ta' patata minn pajjizi ohra tal-Mediterran li nbieghu bi prezzijiet baxxi li varjaw bejn NLG 7 sa NLG 11 kull xkora ta 25 kilo. Barra minn hekk, ta min wiehed jinnota wkoll li din is-sena l-patata ta' Malta kienet wahda mwahhra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901