Thaffir ta' Mina ta' 5.8 KM bejn Hal Qormi u l-Mosta ghal cables ta' 132KV ta' l-Enemalta
Il-Perit Ninu Zammit, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ilma u l-Energija ta taghrif fuq ix-xoghol ta` thaffir ta` mina li qieghed ghaddej bhalissa. Huwa qal li x-xoghol fuq il-mina ta` 5.8km li qed tithaffer bejn Hal Qormi u l-Mosta jinsab avvanzat gmielu. Il-mina ghandha entratura fil-Wied ta` Hal-Qormi hdejn ir-roundabout tal-Erba` Qaddisin u entratura ohra fi Triq Durmblat li minn H'Attard taghti ghat-Torri Cumbo. Il-mina ghandha fergha hdejn Santa Venera fejn hemm it-tielet entratura qrib it-tarf tan-naha tal-Marsa tal-mini li saru ricentament bhala parti mit-Triq principali li taghti ghal tal-Qroqq mill-Marsa.
L-ewwel 1250 metri tal-mina fuq in-naha tal-Marsa kienet thaffret bhala parti mix-xoghol tat-triqat biex tiehu l-ilma tax-xita. Din il-parti tal-mina kellha tigi mkabbra biex b'hekk il-mina kollha bejn Hal Qormi u l-Mosta tkun 4 metri wiesa u 4.2 metri gholja. Dawn il-qisien jippermettu li tghaddi karozza minn gol-mina bil-cables tal-elettriku mqieghda fuq bankina tal-konkrit fuq kull genb tal-mina.
It-thaffir sar miz-zewgt itruf tal-mina permess ta` zewg magni u bhalissa qed tintuza magna ohra wkoll. Tul ta` kilometru u nofs ta` mina bejn H'Attard u l-Imriehel ghad irid jithaffer u huwa ttamat li x-xoghol kollu jitlesta iktar tard din is-sena.
Sa dan it-tant l-ewwel konsejna ta` 132kV cable waslet Malta u bhalissa qed jitpogga l-cable mic-Centru tad-Distribuzzjoni tal-Marsa u l-RDC. Huwa ppjanat li z-zewg cables tal-132kV bejn ic-Centru tad-Distribuzzjoni tal-Marsa u c-Centru tad-Distribuzzjoni li ghandu jsir fil-Mosta, jithaddmu ghall-ewwel bl-11kV is-sena d-diehla biex tigi msahha s-sistema tad-distribuzzjoni fin-naha tal-majjistral ta` Malta. Wara, meta jitlesta x-xoghol fuq ic-Centru tad-Distribuzzjoni l-gdid li qed jinbena fil-Mosta fejn tispicca l-mina, il-cables tal-132kV jinqalbu ghal fuq is-sistema tal-132kV biex b'hekk is-sistema tal-132kV tkun estiza bejn Delimara u l-Mosta mill-Marsa. L-investiment totali f'dan il-progett ta` estensjoni tas-sistema tal-132kV, mina u Centru ta` Distribuzzjoni hija stmata li tkun madwar tmien miljun u nofs Liri Maltin (LM8.5m)
It-thaddim tac-Centru tad-Distribuzzjoni tal-Mosta bil-132kV u l-arrangament tac-cirkwiti ezistenti tat-33kV u tnejn il-godda li qed isiru bhalissa bejn il-Mosta u l-Mellieha huwa kkunsidrat bhala pass sostanzjali fl-izvilupp tas-sistema tat-Trasmissjoni u Distribuzzjoni ghall-gzejjer Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901