Left arrow Mur Lura

Jibda xoghol ta' tindif, invellar u asfaltar ta' toroq fil-Housing Estate ta' Had-Dingli

pr1193
Date Icon 01/08/1996

Id-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija beda xoghol ta' tindif, invellar u asfaltar tat-toroq tal-Housing Estate Phase 3 f'Had-Dingli. Fil-fatt il-kuntrattur dalghodu beda jnehhi munzelli ta' terrapien u gebel.

Dalghodu l-Ministru Louis Galea mar f'dawn it-toroq flimkien mad-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq, il-Perit Lino Zammit, u ufficjali ohra mill-Ministeru tat-Trasport. Huma daru t-toroq kollha f'din l-areau marru wkoll fi Triq Dun Gwann Bosco fejn ic-Centru tas-Salezjani. Il-Ministru u l-ufficjali pubblici ddiskutew il-programm tax-xoghol u l-problemi nvoluti mar-residenti.

Il-programm tax-xoghol ser isir f'erba' fazijiet. L-ewwel ser isir it-tindif ta' kwantita' kbira ta' terrapien li ngema' matul iz-zmien tal-kostruzzjoni tad-djar. Imbaghad ser jigu nvellati t-toroq kollha biex mill-ewwel isiru accessibbli. Fit-tielet lok, il-Korporazzjoni ta' l-Ilma ser tigi mitluba biex tassigura li l-kommunikazzjoni ta' l-ilma tkun wahda permanenti bis-servizzi tad-djar imqabbda sew mal-main.Fl-ahhar nett, titwettaq il-fazi ta' asfaltar.

Ta' min ighid li dan il-qasam, li beda jigi zviluppat fl-ahhar sitt snin, ma jinhtiegx sempliciment asfaltar tat-toroq. Fil-fatt ghad hemm diversi djar qed jinbnew, ohrajn ghadhom qed jigu 'finished', hemm problemi ta' nvellar u 'landscaping' u trid tigi solvuta l-problema tas-sistema ta' l-ilma.

Ir-residenti apprezzaw hafna x-xoghol li nbeda mill-Ministeru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow