Left arrow Mur Lura

Lm425,000 f'taghmir ghall-Isptar Generali ta' Ghawdex

PR1171
Date Icon 29/07/1996

Il-mira tal-Gvern hi li jizdiedu s-servizzi moghtija fl-Isptar Generali ta' Ghawdex biex sakemm ikun possibli tonqos dejjem izjed il-htiega li pazjenti residenti f'Ghawdex ikunu trasferiti ghall-kura fl-isptarijiet f'Malta. Ghalhekk jehtieg li l-isptarijiet f'Ghawdex ikomplu jzidu fl-akkwist ta' taghmir modern u aggornat.

Dan qalu Anton Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex, waqt il-prezentazzjoni ta' apparat mediku, li jikkonsisti f'Pulse Oximeter u Ivac Syringe Pump, mill-organizazzjoni Heartbeat ghall-uzu fl-Isptar Generali ta' Ghawdex.

Il-Ministru Tabone spjega li matul l-ahhar tmien (8) snin il-Gvern investa b'Lm 425,000 f'taghmir fl-isptar ta' Ghawdex. Din is-sena l-isptar akkwista X-Ray image intensifier u laparascope li jintuzaw waqt interventi kirurgici u li bihom sar possibli li 'l quddiem issir keyhole surgery fl-istess sptar. Is-servizzi godda li ma kinux jinghataw qabel jinkludu ezamijiet ta' 'ultrasound', sessjonijiet ta' occupational therapy, testijiet ta' stress ECG, echocardiograms, CCU-ITU u operazzjonijiet fl-ortopedija u oftalmologija.

Anton Tabone semma d-donazzjonijiet utli li jinghataw ukoll lill-isptar minn ghaqdiet volontarji fosthom l-ghoti ta' apparat mill-organizazzjoni Heartbeat u l-coach li nghatat mill-"Maria Bugeja Foundation" u l-"Friends of the Elderly" li mistennija tibda ggorr pazjenti morda bil-kancer u l-familjari taghhom ghall-kura f'Malta.

Il-Ministru ghal Ghawdex tkellem ukoll dwar xoghlijiet li saru matul l-ahhar sena fid-Dipartiment tal-Fizjoterapija u fid-Dipartiment tat-Tfal li issa jinsabu f'ambjent aktar adattat u l-ftuh tat-Taqsima ta' l-Ghoti tad-Demm u x-xoghlijiet li bdew fit-Taqsima ta' l-Emergenza.

Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm ukoll ic-Chairman tal-Heartbeat Mr Mike Temple, il-Vici Chairman Dr Mario Farrugia u l-Konsulent ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex, Dr John B Pace.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow