Delegazzjoni Ministerjali ghal tahdidiet bilaterali fl-Egittu
Il-Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd, il-Perit Censu Galea qed imexxi delegazzjoni Ministerjali ghal tahditiet bilaterali gewwa l-Egittu.
Id-delegazzjoni hi maghmula wkoll mis-sur Franco Serracino Inglott, Direttur ta' l-Agrikoltura u mill-Prof. Carmelo Agius mill-Akwakultura. Is-Sur Paul Attard hu s-Segretarju tad-delegazzjoni.
Matul dawn it-tahditiet il-Ministru Galea ser ikollu laqghat ma' Prof. Youssouf Wally, Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Agrikoltura u Reklamazzjoni ta' l-Art ta' l-Egittu. F'dawn il-laqghat hu mistenni li jigu diskussi diversi aspetti ta' l-agrikoltura Maltija u dik Egizzjana kif ukoll dwar il-mod kif iz-zewg pajjizi jistghu jikkoperaw flimkien.
B'mod partikolari hu mistenni li tigi wkoll diskussa l-possibilita' li studenti Maltin u Egizzjani jaghmlu zjarat reciproci fl-istitut ta' l-agrikolutra Egizzjana, u wkoll f'Malta.
Minbarra hekk hu mistenni wkoll li d-delegazzjoni jkollha tahditiet fl-Istituti tar-ricerka dwar l-ingenjerija genetika u wkoll fl-Istitut dwar ir-ricerka ta' l-ilma u l-hamrija.
Waqt l-istess zjara hu mistenni wkoll li d-delegazzjoni zzur il-progett ta' fish farms moderni gewwa Marriut.
Minbarra dawn il-laqghat hu mistenni wkoll li d-delegazzjoni tiehu sehem f'diskussjonijiet ohra fic-centru regjonali ta' l-FAO gewwa l-Kajr.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901